Kronaka
Iweġġa’ gravi wara li waqgħet parti minn ċinta ta’ bejt fuqu

Niġerjan ta’ 23 sena sofra ġrieħi serji wara li waqgħet parti minn ċinta ta’ bejt fuqu.

L-inċident seħħ fi Triq Żinżel, Ħal Qormi fit-8.30am.

Huwa ttieħed l-isptar fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.