Kronaka
Iweġġa’ raġel waqt li kien jinsab fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija

Tork ta’ 54 sena li kien jinsab arrestat ġewwa l-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, ġarrab ġrieħi f’irkopptu wara li żelaq fuq xi ilma. Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-ilma waqqgħu huwa stess wara li kien uża s-sink li hemm fl-istess ċella.

Il-każ seħħ  għall-ħabta tal-11.45am.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Brexit

Wara dibattitu f’sessjoni straordinarja fil-House of Commons, il-membri parlamentari ivvutaw favur mozzjoni li tobbliga lill-Prim Ministru biex jitlob estensjoni mill-Unjoni Ewropea għal Brexit. Dan sakemm il-ftehim għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea jiġi…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar