Politika
Il-Kummissarju għall-Istandards jindaga allegazzjoni li xi deputati għenu attività kriminali biex jitneħħa minn kap tal-PN

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fil-mument opportun ser jagħmel tibdil fil-kelliema tal-oppożizzjoni. Intervistat f’Dissett, Dr Delia wieġeb dwar il-proposti tal-Partit Nazzjonalista għall-budget, it-tmexxija tiegħu u temi politiċi oħra kurrenti.

Il-Kummissarju tal-Istandards George Hyzler indaga dwar l-allegazzjonijiet li għamel l-eks kap tal-media tal-Partit Nazzjonalista, Pierre Portelli, fl-ittra tar-riżenja dwar attività kriminali minn uħud mill-membri tal-grupp parlamentari biex Adrian Delia jitwarrab minn kap tal-Partit. Dan żvelah Dr Delia stess fil-programm Dissett.

”Għajjatli wkoll il-Kummissarju tal-Istandards fuq l-istess oġġett, jien tkellimt u ma għandi l-ebda informazzjoni dwar attività kriminali u kull min jaf b’attività kriminali jiena nieħu passi minnufih…Pierre Portelli ma għadux funzjunarju la tal-Partit u lanqas tal-media tagħna.”

Mistoqsi għaliex Simon Busuttil għadu mingħajr portafoll fis-shadow cabinett, Dr Delia indika li ser jagħmel re-shuffle.

”Hemm ħafna li jrid isir f’dak li hu re alignment tal-grupp parlamentari.”

Mistoqsi hux ser jagħmel re-shuffle, Dr Delia qal ”Dan bilfors trid tagħmel.”

Dwar ir-riforma fis-settur tal-kera u l-kirjiet ta’ qabel l-1995, Dr Delia qal li ma jridx li l-kirjiet jogħlew u li l-Gvern ma jistax jagħmel liġijiet retroattivi.”

Meta mistoqsi jridhiex tinbidel din, huwa wieġeb ”Le, assolutament le. L-NGO’s qed jagħmlu riferenza għal xi ħaġa li ma għidtx u li l-liġi lanqas biss tghidha.”

Mistoqsi dwar l-attendanza baxxa fil-meeting tal-Indipendenza, Dr Delia qal li l-mass meetings mhumiex l-iktar ħaġa importanti fil-politika.

”Il-mezzi ta’ komunikazzjoni, u mass meeting mhux biss il-polz, huwa wkoll mezz ta’ komunikazzjoni u aħna rridu nadattaw, irridu nbiddlu u nuru li kapaċi nifmhu, u jekk hemm messaġġi li rridu nbiddlu, inbiddlu. U l-Partit Nazzjonalista fadalu xi jbiddel ħafna.”

Il-programm Dissett tratta wkoll il-proċess ta’ konsultazzjoni li qiegħed imexxi Louis Galea. Dr Delia qal li d-deċiżjionijiet skomdi li rrefera għalihom fl-aħħar diskors fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit, ser jittieħdu wara li l-konsultazzjoni tintemm dan ix-xahar. Mistoqsi min għandu ikun fil-bord tal-inkjesta pubblika dwar id-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Kap Nazzjonalista qal li mhux dover tiegħu li jinnomina l-membri iżda saħaq li għandha tkun konsultata l-familja.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Lokali

Fl-aħħar erbat ijiem mindu tħabbru r-regolamenti l-ġodda tal-attivitajiet tal-massa, inħarġet ittra ta’ twissija lil sittax-il stabbiliment ta’ divertiment mit-taqsima tal-infurzar tal-Awtorità tat-Turiżmu li hi responsabbli li tara li l-postijiet qed…

Edukazzjoni

Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida għall-għalliema u lse’s bi preparamenti għall-ftuħ tal-iskejjel fi tmiem ta’ Settembru li ġej. Il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici qal li filwaqt li l-Gvern huwa kommess li…

Aktar