Qorti
Iwieġeb mhux ħati li darab ġuvni f’argument jumejn ilu

Joe Zahra ta’ 34 sena minn San Ġiljan wieġeb li mhux ħati tal-akkużi li fera raġel ieħor waqt argument li seħħ f’residenza privata fi Triq Tumas Galea f’Birkirkara.  Il-każ seħħ jumejn ilu.

Zahra kien akkużat mill-Ispettur Christina Delia li mingħajr il-ħsieb li joqtol, ikkaġuna feriti gravi b’daqqiet ta’ sikkina fuq Timothy Mangion ta’ 20 sena.  Fil-Qorti kien spjegat li l-vittma għadu rikoverat l-isptar.

L-argument qam fid-dar fejn joqgħod iż-żagħżugħ fi Triq Tumas Galea f’Birkirkara malli daqqu nofsinhar. Il-pulizija tar-Rapid Intervention Unit kellhom jiżgassaw il-bieb biex jidħlu u sparaw bit-taser lill-aggressur li xorta rniexxielu jiżgiċċa u qabeż fil-bitħa ta’ dar oħra. Il-pulizija kellha tispara żewġ tiri ta’ twissija fl-ajru wara li rat li l-aggressur ipprova jaħrab.

L-allegat aggressur huwa magħruf mal-pulizija, fejn fl-2012 kien akkużat bil-qtil tal-hairdresser Nario Galea meta flimkien ma persuna oħra kienu imbuttawh quddiem taxi li kienet għaddejja mit-triq u spiċċa mgħaffeġ tagħha. Il-Pulizija ma kinitx ħadet passi kontra x-xufier tat-taxi.

L-avukat Martin Fenech, li deher għall-akkużat, talab għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Qorti ordnat li jibqa’ taħt arrest preventiv.

Ara wkoll:

Isibu persuna mimlija demm – il-pulizija b’tiri ta’ twissija wara li l-aggressur prova jaħrab

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Kruċjali għall-ħajja ta’ kulħadd…u għal Malta hu riżorsa prezzjuż daqs id-deheb! Hawnhekk qed nirreferu għall-ilma. Hu stmat li kull persuna f’Malta tuża mal-110 litri ta’ ilma kuljum. Il-pubbliku jista’ jitgħallem…

Pulizija

Sal-aħħar tas-sena d-dieħla, il-Korp tal-Pulizija għandu jkollu strateġija ta’ trasformazzjoni. F’intervista estensiva mal-Kap Eżekuttiv tal-Pulizija li tixxandar fil-programm DISSETT wara dan il-bulettin, is-Sur Gafa’ qal li d-direzzjoni tat-tiġdid ser isir…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, akkuża lill-Partit Nazzjonalista li ma ppreżentax biżżejjed kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fi 23 lokalità f’Malta u f’Għawdex bl-għan li jiskoraġixxxi lin-nies milli…

Għawdex

Tnieda l-proġett għall-installazzjoni tat-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex, bil-gvern iħabbar li l-proġett se jitwettaq minn kumpanija Taljana. Il-cable il-ġdid mistenni jsaħħaħ l-infrastruttura diġitali f’Għawdex u jżid il-potenzjal…

Aktar