Qorti
Iwieġeb mhux ħati ta’ serq minn tliet lokalitajiet

Dylan Spiteri ta’ 26 sena minn Ħal Għaxaq inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li wettaq tliet serqiet u anke kkawża ħsara fi proprjetà ta’ ħaddieħor f’Ħal Qormi, fiż-Żejtun, u f’Ħaż-Żabbar.

Fil-Qorti intqal li f’kull serqa l-imputat ma seraqx iktar minn €230.

Spiteri li ma jaħdimx, huwa riċediv u anke kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest ta’ każ ieħor, wettaq is-serqiet fi spazju ta’ ftit siegħat. Id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest biex jingħata opportunità oħra li jirriforma ruħu għax wera r-rieda li jerġa’ jidħol għall-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga u anke għax għandu l-għajnuna kollha tal-ġenituri tiegħu, iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba li l-probation officer rrakkomandat li m’għandux jitħalla barra biex jingħata l-għajnuna meħtieġa għax il-problema tad-droga ħakmitu sew.

Il-Maġistrat Gabriella Vella qalet li l-Qorti ma tħossx li l-imputat jista’ jkun fdat wara li d-difiża talbet li għandhom ikunu imposti fuqu kundizzjonijiet iebsa fosthom house arrest biex jingħata l-libertà proviżorja tant li ordnat li għandu jinżamm arrestat.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfredo Mangion, Paul Camilleri u Roderick Attard.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail. Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin…

Lokali

Il-koppja Marvic u Donovan Scerri qed jippjanaw li jmorru Spanja biex jagħmlu l-proċedura tal-IVF f’dan il-pajjiż li jippermetti li jsir test ġenetiku tal-embrijun qabel ikun impjantat fil-ġuf tal-omm biex ikun…

Lokali

Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed tipproponi 20 miżura biex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-kontrolli fl-industrija tat-tonn kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed issejjaħ għal miżuri ta’ kontroll…

Saħħa

L-għaqda Dinija tas-saħħa wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Is-Supretendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li waqt li żidedu l-ammont ta’ swabs li ttieħdu fl-aħħar sigħat ta’ nies…

Aktar