Qorti
Iwissi lid-direttur ta’ Kordin li jista’ jżommu responsabbli jekk żewġ nisa tqal jitilfu t-tarbija

Protest ġudizzjarju qed iwissi li d-direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jista’ jinżamm responsabbli għal kumplikazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu fit-tqala ta’ żewġ nisa Bulgari li qed iservu sentenza ta’ ħabs fuq serq.

L-avukat Etienne Calleja, li qed jidher għal Iliyana Kirilova Ilieva u Genoveva Stoilova, allega li dawn in-nisa tqal qed jinżammu f’kundizzjonijiet li mhumiex aċċettabbli.

Filwaqt li nnota li d-direttur tal-ħabs Alexander Dalli kien offra lin-nisa biex joqgħodu fil-librerija peress li attrezzata bl-arja kundizzjonata, il-protest sostna li dawn kellhom jinżammu l-isptar biex jieħdu l-kura li għandhom bżonn.

Intqal ukoll li waħda min-nisa, li t-tnejn qed iservu ħames xhur ħabs, kienet ilha 9 snin tipprova tinqabad tqila, u kien irnexxielha biss bis-saħħa tal-IVF. Għalhekk, jekk titlef it-tarbija, ma jkollhiex ċans ieħor biex terġa’ tinqabad tqila.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Themistocles Attard minn Birżebbuġa nfexx jibki u jħabbat idejh fuq rasu malli sema’ li ser jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li wettaq hold up f’ħanut tal-merċa f’Santa Venera u…

Qorti

L-avukat Ann Fenech rebħet żewġ kawżi ta’ libell kontra l-Prim Ministru u l-President tal-Partit Laburista dwar żewġ stqarrijiet li l-Partit Laburista ħareġ li fiha kien implika li Dr Fenech ingħatat…

Qorti

Il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar qal li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar l-inkjesta Egrant għadhom għaddejjin. Fix-xhieda tiegħu fil-Qorti Kostituzzjonali waqt ir-rikors imressaq mill-Kap tal-Oppożizzjoni biex il-Qorti tordna lill-Avukat Ġenerali jagħtih kopja sħiħa…

Lokali

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qiegħda tfakkar lill-konsumaturi dwar pariri bażiċi ta’ sigurtà relatati ma’ prodotti li normalment jinxtraw f’dan l-istaġun tal-festi. L-MCCAA qalet li skont il-programm ta’ sorveljanza…

Aktar