Barranin
Iwissu li qegħdin viċin katastrofi klimatika – x’inhu jiġri?

L-esperti qalu li jekk jibqa’ ma jsir xejn se nkunu qed nitfgħu l-ġebla fuq saqajna u nbatu l-konsegwenzi.

Dan qaluh fid-dawl taż-żieda fit-temepratura globali li kull ma jmur qed tiżdied bl-attività tal-bniedem.

Il-bidla fit-temperaturi qiegħda tirrovina l-ambjent. It-twissija tax-xjentisti li t-temperatura globali m’għandhiex taqbeż il-1.5 grad celcius waqgħet fuq widnejn torox tant li d-dinja qiegħda toqrob lejn żieda fit-temperatura b’3 gradi celcius.

Skont ix-xjentisti dan se jwassal għal bidla drastika f’kull aspett ta’ ħajjitna iżda qalu li mhux tard wisq biex naraw bidla għall-aħjar, liema bidla li se tissalvagwardja l-kwalità ta’ ħajjitna u se ġġib magħha spejjeż kbar.

Wara 3 snin ta’ riċerka, u laqgħa bejn ix-xjentisti u l-ogħla uffiċjali tal-gvernijiet fil-Korea t’Isfel, ħareġ rapport dettaljat mill-Intergovernmental Panel on Climate Change (IPCC) dwar l-impatt tal-effett serra u ż-żieda fit-temperatura globali b’1.5 grad celcius.

Id-dilemma tinsab hawn – ix-xjentisti qegħdin jgħidu li hemm bżonn li nieħdu miżuri drastiċi mentri l-gvernijiet jinsabu konċernati bil-kwalità tal-ħajja u l-impatt ekonomiku.

Skont l-esperti, investiment annwali biex iġib miegħu bidla se jiswa madwar $2.4 triljun bejn l-2016 u l-2035.

X’jiġri jekk nibqgħu ma nagħtux każ? L-esperti wissew li t-traskuraġni tagħna se tkompli toqtol il-ħlejjaq fl-ibħra tagħna, se nesperjenzaw aktar għarar, temp estrem u skarsità f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prodotti tar-raba’.

Għalhekk, ix-xjentisti qed jappellaw mhux biss lill-gvernijiet iżda anke lill-individwi biex jagħmlu l-biċċa tagħhom u jgħixu b’mod aktar sostenibbli b’inqas ħela u aktar ħsieb.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Fir-Renju Unit, il-Prim Ministru Theresa May wissiet li għexieren ta’ membri parlamentari konservattivi li normalment huma leali lejn il-partit jistgħu jiħduha kontra l-Gvern biex jipprevenu milli jsir Brexit mingħajr ftehim…

Barranin

L-Olanda trid timplimenta miżuri biex tiġġieled il-korruzzjoni.  Dan intqal fir-rapport ta’ evalwazzjoni ppubblikat mill-GRECO, il-grupp ta’ stati kontra l-korruzzjoni fil-Kunsill tal-Ewropa. Din ir-rakkomandazzjoni qed issir fil-konfront tal-persuni li għandhom karigi…

Barranin

Mara mietet u 28 persuna oħra qed jingħataw kura wara li sofrew minn avvelenament bl-ikel li kielu minn restorant prim (Michelin) fil-Lvant tal-belt Spanjola ta’ Valencia. Il-mara ta’ 46 sena…

Kurżitajiet

Josh Barry, kittieb li għandu l-kundizzjoni tas-cerebral palsy qatta’ l-aħħar 9 snin jikteb ktieb fuq ħajtu bi mnieħru. Minkejja l-limitazzjonijiet li jaffaċċja kuljum, Josh Barry ma jaqtax qalbu u permezz tat-teknoloġija…

Aktar