Lokali
Ix-xadina fl-abbissi ġġiblu l-fortuna

Fotografu Malti-Svediż rebaħ kompetizzjoni prestiġġjuża tal-fotografija għal ritratt “Mill-Abbissi” li ħa meta kien qed jivjaġġa fil-Ġappun.  Johan Siggesson li jgħix Malta rebaħ il-kategorija tal-annimali li jgħixu fis-selvaġġ tal-kompetizzjoni The Travel Photographer of the Year 2017.

Huwa rebaħ b’dan ir-ritratt ta’ xadina Ġappuniża magħrufa bħala Snow Monkey li tidher isserraħ idha x-xellugija f’xifer waħda mill-għadajjar sħan li hemm f’Hell Valley.  Il-fotografu qal li huwa faċli tieħu ritratt ta’ dawn ix-xadini fil-Ġappun, iżda biex issib xi ħaġa differenti minn tas-soltu mhux daqstant huwa sempliċi.

Fi stqarrija, Johan Siggesson qal li jinsab kuntent ħafna b’dan l-unur u sostna li huwa onorat li ntgħażel minn membri tal-ġurija b’esperjenza f’dan il-qasam f’kompetizzjoni missielta ferm.  Fis-snin li għaddew, ir-ritratti rebbieħa rawhom mal-250,000 ruħ u r-ritratt tal-fotografu Malti-Svediż mistenni wkoll jiġi esebit f’diversi wirjiet li se jittellgħu s-sena d-dieħla fir-Renju Unit.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar