Kronaka
Ix-xamm ta’ Stan iwassal għas-sejba ta’ 84 għasfur fil-posta

Inqabdu 84 ġlud ta’ diversi speċi ta’ għasafar waqt tfittxijiet li kienu qed isiru mill-Canine Unit fil-faċilità tal-posta.

Il-kelb tad-Dwana, Stan bix-xamm tiegħu rnexxielu jsib l-oġġetti illegali li kienu qed jiġu impurtati f’Malta bil-posta.

Waqt l-ispezzjonijiet li kienu qed isiru, Stan ipponta lejn pakkett kbir li l-uffiċjali tad-Dwana fetħu u fih sabu 84 ġlud ta’ diversi għasafar imgeżwrin fit-tape.

Uffiċjali tal-ERA ġew infurmati bis-sejba u l-ġlud ġew ikkonfiskati mill-uffiċjali tad-Dwana għal aktar investigazzjonijiet.