Internet
Ix-xiri onlajn komdu, iżda trid toqgħod b’seba’ għajnejn

Fost l-għadd ta’ kumditajiet li x’aktarx sirna nistrieħu fuqhom ġmielu, hemm l-internet. Maż-żmien, ix-xiri onlajn żdied bil-bosta. Għalkemm jaf għadek issib lil min għadu jippreferi jirfes l-għetiebi tal-ħwienet meta jiġi bżonn xi ħaġa, bosta minna llum isibuhom komdi jixtru onlajn hekk kif fost l-oħrajn dak li jkun jista’ jinqeda mingħajr ma joqgħod jinqala’ mid-dar.

Minkejja dan, mhux kollox ward u żahar. Lil hinn mill-bosta benefiċċji, ix-xiri onlajn fih daqstant ieħor perikli li wieħed irid joqgħod attent minnhom.

F’filmat maħdum minn Cyber Security Malta fi ħdan l-Aġenzija tal-Gvern għat-Teknoloġija tal-Informatika, il-MITA, ġie spjegat x’għandu jagħmel dak li jkun biex jixtri onlajn b’rasu mistrieħa. Qabelxejn, wieħed irid joqgħod b’seba’ għajnejn li qed jixtri minn websajt ġenwina billi fost l-oħrajn jara x’kellhom xi jgħidu persuni oħra fuq l-internet li diġà xtraw mill-websajt li bi ħsiebek tixtri minnha.

Importanti wkoll li taċċerta ruħek li l-websajt tibda b’https jew li jkollha simbolu ta’ katnazz. U, fejn hu possibbli, għandek tħallas permezz ta’ payment gateways rinomati peress li dawn jagħtuk kontroll aħjar fuq it-tranżazzjonijiet kif ukoll joffru rimedji f’każ li tiġik ħażina.

B’hekk, dejjem għandek tkun viġilanti waqt li tuża dawn is-servizzi onlajn.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-kantanta Maltija Giorgia Borg għandha biss 12-il sena. Minkejja l-età pjuttost ċkejkna, f’April tas-sena l-oħra Giorgia ttantat xortiha b’kanzunetta oriġinali lil hinn minn xtutna fix-show ‘Britain’s Got Talent’ u f’kemm ili…

Reliġjon

Tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minn xtut il-gżejjer Maltin, Sqallija mogħnija b’pajsaġġ pittoresk li jsaħħar l-għajnejn u b’għadd ta’ bliet il-ġmiel tagħhom. Fosthom, il-belt ta’ Modica. Liema żona, fost l-oħrajn,…

Kurżitajiet

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, għal darb’ oħra għamel referenza għal Malta b’mod li ma tantx niżel tajjeb mal-Maltin, wara li fl-2012 iddieħak bil-Maltin għax xtraw il-bendy buses mingħand…

Kurżitajiet

Il-kantanta ċelebri Maltija, Ira Losco ħabbret ftit tal-jiem ilu li se terġa’ ssir omm għat-tieni darba, din id-darba ta’ tifla. Hija qalet li hi u familtha jinsabu ferħanin se jtiru…

Aktar