Lokali
Ix-xita tagħmel xi ħsarat fl-armar tal-festi

Ħalba xita qawwija bis-sajjetti fl-ewwel jum tal-istaġun tas-sajf, għarqet diversi lokalitajiet magħrufa fejn jinġemgħa l-ilma u fost oħrajn tat battikatta lid-dilletanti Qriema u s-Siġġiwin biex iħarsu l-armar tal-festa mill-ħsara li tista’ tikkawża x-xita.

L-ewwel jum tas-sajf tgħammed b’ħalba qawwija ta’ xita u sajjetti li laqtu partijiet kbar tal-pajjiż u anke ikkawżat xi ftit għargħar f’lokalitajiet fejn jinġemgha l-ilma bħal Ħal Qormi u l-Imsida.

Kien kmieni waranofsinhar meta nfetħu bwieb is-sema speċjalment fl-Imrieħel, Ħal Qormi u s-Siġġiewi. Għalkemm dan ma kienx dulluvju xorta kkawża inkonvinjent kemm għas-sewwieqa u aktar u aktar għad-dilettanti tal-armar tal-festi. Fis-Siġġiewi u f’Ħal Qormi fejn kważi kollox kien armat għall-festi ta’ tmiem il-ġimgħa, id-dillettanti ħabbirku biex ix-xita ma tagħmilx ħsara lill-armar.

Id-Direttur tal-Armar tal-festa ta’ San Ġorġ Ħal Qormi qal li “konna preparati, jien stess bħala direttur tal-armar, fil 11:30 cempilt il-MET office u qalulna li ġejja x-xita, 75%. Mill-ewwel bdejna ngħattu l-istatwi imma ma lħaqnix għattejna kollox”. Mistoqsi jekk ix-xita għamlitilhomx ħsara, huwa wieġeb li “għadna qegħdin niċċekjaw, imma għandna u, għax statwi antiki tal-kartapesta u li ma għattejniehomx għandhom żgur ħsara.”

L-Uffiċċju Meterjoloġiku, qal li x-xita li niżlet fuq il-gżejjer Maltin kienet riżultat ta’ maltemp qawwi li laqat lil Sqallija u li miss kemm kemm lil Malta.

Għalkemm ix-xita fl-ewwel jum tas-sajf għal ħafna hija diżappunt li ma jistennewx, din skont il-kelliem għall-Uffiċċju Meterjoloġiku mhijiex ħaġa rari u lanqas tfisser li mhux ġej sajf.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Ħaddiem weġġa’ gravi wara li waqa’ żewġ sulari f’sit ta’ kosruzzjoni. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30am fi Triq il-Ħaddiem, il-Marsa. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Moviment Patrijotti Maltin Henry Battistino qal li wara li ħareġ ir-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew se jirriżenja. Fuq Facebook huwa kiteb li l-Partit li jħobb kellu disfatta u għalhekk se…

Lokali

Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima tal-Propjetà Intellettwali nterċettaw container fil-Freeport li kien qed iġorr 26,688 qalziet tal-jeans ta’ ditta rinomata li però rriżultaw li kienu kontrafatti (foloz). Fi stqarrija maħruġa mid-Dwana ntqal…

Mużika

Il-grupp mużikali Meadow Strings ħareġ kanzunetta ġdida Alive. Meadow Strings huwa kompost minn Magdalene Farrugia u Mario Camileri. Fil-kanzunetta tagħhom, Alive huma japprezzaw is-sbuħija u l-importanza tal-ambjent. Miġbud qal is-siġar tal-Buskett…

Aktar