Xjenza
Ix-Xjenza fil-Kamra tesponi 16-il proġett mill-UOM u l-MCAST

Il-wirja “Ix-Xjenza fil-Kamra” li tittella’ fil-bini tal-Parlament, tiċċelebra l-kisbiet f’Malta li saru mix-xjenzjati, l-akkademiċi u l-inġiniera.

Fil-ftuħ tal-wirja, il-Prorettur tal-Universita’ għar-riċerka u l-innovazzjoni, il-Professur Saviour Zammit, tkellem fuq erba’ riċerkaturi Maltin li dan l-aħħar irċevew il-University Research Grant Awards. Dawn kellhom proposti għar-riċerka f’suġġetti li huma l-arti, l-istudji umanistiċi, ix-xjenzi soċjali, l-inġinerija, l-ICT, ix-Xjenzi tal-Ħajja u x-Xjenzi naturali.

Il-Prorettur Zammit qal li l-għan ta’ wirja bhax-Xjenza fil-Kamra hu li iżjed żgħażagħ jitħajru jistudjaw suġġetti marbuta max-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika. Saħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar għajnuna lill-istudenti li jkunu qed jistudjaw fil-livell ta’ Dottorat.

“Il-poplu Malti jagħti għajnuna lil studenti undergraduates. Issa wasal iż-żmien biex ngħinnu wkoll lil dawk l-istudenti li jkunu jridu jagħmlu Dottorat… Pajjiżi barranin għandhom studentships, tip ta’ stipendju li jingħata lilhom għax ikunu qegħdin jaħdmu fuq proġetti ta’ riċerka li huma bżonnjużi għall-pajjiż.”

Id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg qalet li din hi inizjattiva Ewropea biex tħeġġeġ interess fix-xjenza.

Il-Wirja Ix-Xjenza fil-Kamra se tkun miftuħa għall-pubbliku sal-ewwel Sibt ta’ Ottubru meta ssir in-Notte Bianca u l-pubbliku se jkun jista’ jżur il-bini tal-Parlament. Din hi waħda mill-attivitajiet ewlenin tal-festival Science in the City. Ix-Xjenza Għalik organizzata mill-European Researchers’ Night Consortium u li ssir il-Ġigmħa filgħaxija f’diversi nħawi fil-Belt Valletta.

Aħbarijiet Oħra
Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Knisja Maltija

Erbatax-il kwadru fil-Knisja tal-Mosta ġew restawrati b’investiment ta’ tmenin elf ewro. Erba’ kwadri huma tal-artista tas-seklu sbatax, Stefano Erardi u parti kbira mill-għaxra l-oħra huma ta’ Giuseppe Calì, meqjus bħala…

Aktar