Kurżitajiet
Ix-xjenzata li ħolqot il-vaċċin tal-Astra Zeneca “issir” pupa

Il-kumpanija Mattel ħolqot pupa Barbie fuq id-dehra tal-Professur Sarah Gilbert, ix-xjenzata li ħolqot il-vaċċin tal-Astra Zeneca.

Il-Professur Gilbert, li wara li ħolqot il-vaċċin ingħatat it-titlu ta’ Dama, irreaġixxiet billi qalet li ħassitha vera stramba għall-ewwel imma issa qed tittama li tispira lit-tfal.

“Ix-xewqa tiegħi hija li din il-pupa turi lit-tfal karrieri li qabel ma kinux konxji tagħhom fosthom ta’ dawk li joħolqu l-vaċċini”.

Din mhux l-ewwel darba li l-Mattel ħolqot pupa fuq id-dehra ta’ persuni veri.

Matul is-sena li għaddiet il-bejgħ tal-pupi Barbie żdied b’sitt darbiet hekk kif minħabba l-pandemija ħafna nies qattgħu aktar ħin ġewwa.