Barranin
Ix-xjenzata li ħolqot il-vaċċin tal-AstraZeneca tgħid li mhux kulħadd għandu bżonn it-tielet doża

Ix-xjenzata li żviluppat il-vaċċin tal-AstraZeneca qalet li mhux kulħadd għandu bżonn jieħu t-tielet doża tat-tilqima kontra l-Covid-19.

Sarah Gilbert, li hija xjenzata fl-Università ta’ Oxford u li hija meqjusa bħala l-moħħ wara t-tilqima tal-AstraZeneca, stqarret mal-ġurnal Daily Telegraph li ma taqbilx li r-Renju Unit jagħti t-tielet doża lil kulħadd. Qalet, li l-aktar li jaf jiġu bżonn doża oħra tat-tilqima kontra l-pandemija huma l-anzjani u dawk il-persuni li għandhom immunità baxxa.

Ix-xjenzata sostniet li t-teħid taż-żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 huwa biżżejjed għall-maġġoranza tan-nies. Qalet, li fil-fehma tagħha t-tielet dożi għandhom jintużaw biex jitlaqqmu l-pajjiżi nieqsa mit-tilqim biex jiġu evitati varjanti ġodda tal-virus.