Lokali
Ix-Xlukkajri jridu li l-Monti tal-Ħadd iżarma fit-3pm
Ir-residenti ta’ Marsaxlokk taw il-fehma tagħhom f’votazzjoni fil-Kunsill Lokali dwar il-ħin taż-żarmar tal-monti fil-ġurnata tal-Ħadd.
89% tar-residenti li vvutaw qablu li l-monti tal-Ħadd li jarma fix-xatt jżarma qabel it-tlieta ta’ wara nofsinhar u mhux f’inżul ix-xemx. Mit-3,220 resident eligibbli, ivvutaw 771.  Minnhom, 684 qablu li l-monti jzarma qabel it-tlieta.  76 qalu li ma jaqblux u kien hemm 11-il vot invalidu.
Il-pożizzjoni tal-maġġoranza taqbel mal-pożizzjoni unanima meħuda mill-membri tal-Kunsill Lokali.  Is-Sindku Horace Gauci qal li hi x-xewqa tagħhom li l-170 bejjiegħ tal-monti jżarmaw fit-tlieta biex isir it-tindif u x-xatt ikun jista’ jitgawda mir-residenti u l-pubbliku.  Is-Sur Gauci qal li l-Kunsill issa se jiltaqa’ nhar it-Tlieta, jiddiskuti r-riżultat u jippreżentah lill-gvern bħala r-reazzjoni tiegħu għall-konsultazzjoni għall-white paper dwar is-swieq fil-beraħ.
Aħbarijiet Oħra
Relazzjonijiet Industrijali

L-Air Malta keċċiet 69 bdot wara li fi stqarrija ddikjarat li taħditiet mal-Union tal-Bdoti, l-ALPA, fallew. Il-linja nazzjonali tal-ajru qalet li t-taħditiet kellhom l-għan li jevitaw is-sensji, fl-istess waqt li…

Lokali

Inawgurati l-uffiċini l-ġodda taċ-Ċentru tal-Medjazzjoni fil-Belt. F’dan iċ-ċentru, iż-żewġ partijiet li jkollhom kwistjoni bejniethom jistgħu jagħżlu li jippruvaw jaslu għall-ftehim qabel jirfsu l-għatba tal-Qorti, u jtemmu tilwima bejniethom b’anqas spejjeż…

Kultura

L-ismijiet tal-frontliners kollha Maltin fil-ġlieda kontra l-COVID-19 ġew inklużi fuq libsa ddisinjata lokalment, f’ġest kreattiv ta’ apprezzament lil dawk kollha involuti f’din il-ħidma, li għadha għaddejja. L-organizzatur tal-Malta Fashion Week…

Solidarjetà

Familja Maltija li kellha każ ta’ Covid-19, kif għadda kollox b’wiċċ il-ġid, tat €1,000 lill-Kummissjoni Emigranti biex bihom tgħin refuġjati li hawn f’Malta. Din id-donazzjoni wasslet biex bdew jitqassmu xirjiet…

Aktar