Ix-xogħlijiet maġġuri fil-Parlament il-ġdid lesti


Fil-Parlament illejla l-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir għamlet il-preżentazzjoni tagħha dwar l-istat tax-xogħol fil-bini tal-Parlament il-ġdid.

Dr Stefan Zrinzo Azzopardi, iċ-Chairperson tal-GHRC qal li x-xogħlijiet maġġuri fil-Parlament il-ġdid huma prattikament lesti u issa fadal biss l-aħħar irtokki ħlief għal xi affarijiet żgħar. Ġie spjegat li fit-tielet sular, li hu dak li għandu l-uffiċċju tal-ispeaker, l-uffiċji, l-ispazji pubbliċi, il-kamra ta’ fejn isiru l-kumitati, kollha jinsabu lesti iżda fil-kamra tal-kumitati jonqos biss li jiġu installati l-cameras. Fit-tieni sular, li se jkun fih l-uffiċċju tal-Kap tal-Oppożizzjoni u ta’ membri parlamentari oħra, ukoll kollox jinsab lest, inkluż l-ispazji pubbliċi wkoll. Fl-ewwel sular l-uffiċċju tal-Prim Ministru u l-ispazji pubbliċi jinsabu lesti wkoll waqt li fil-pjan terran id-daħla u r-reception għandhom jitlestew sal-14 ta’ Marzu. Fis-sular taħt l-art, jonqos xi ftit xogħlijiet fosthom fil-kamra tal-kumitati iżda dawn ukoll mistennija jitlestew sal-14 ta’ Marzu.

Fil-kamra tad-deputati, sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa mistennija jitlestew l-aħħar ftit xogħlijiet fl-ispazji pubbliċi waqt li fl-istrangers gallery fadal biss xogħlijiet ta’ tindif xi jsiru.

Il-Kamra tar-Rappreżentanti
Wieeħed mill-kuruturi
Il-board room fl-uffiċċju tal-Kap tal-Oppożizzjoni
L-uffiċċju tal-Prim Ministru u bħalu tal-Kap tal-Oppożizzjoni
Waħda mill-kmamar tal-kumitati
Aħbarijiet Oħra
Sport

Wara s-suċċess tal-atleti Maltin tal-Olimpjadi Speċjali b’rebħ ta’ erbgħin midalja fil-logħob dinji ta’ Marzu li għadda, tissokta ħidmet il-fondazzjoni Marigold biex permezz ta’ din il-pjattaforma tagħti opportunitajiet sportivi lil atleti…

Forzi Armati

Fit-tislima mill-ogħla awtoritajiet lill-monument li jfakkar lil Malta Indipendenti fil-Floriana, dalgħodu spikka s-salut ta’ 21 tir minn kanuni tal-Forzi Armati. Din il-parti taċ-ċerimonja ġibdet l-interess ta’ grupp imdaqqas ta’ Maltin…

Kultura

Il-Main Guard, it-toroq u l-bjar taħt il-Belt u The Fortress Builders huma tliet siti li għaddew f’idejn Heritage Malta, l-aġenzija nazzjonali li tħares il-wirt storiku u kulturali tal-pajjiż. F’konferenza tal-aħbarijiet…

Politika

Malta, permezz tal-ambaxxatur għan-Nazzjonijiet Magħquda, Carmelo Inguanez, qiegħda tippresiedi wħud mis-sessjonijiet tal-74 sessjoni tal-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Magħquda. Dan wara li għall-ewwel darba wara tmintax-il sena, Malta intgħażlet bħala wieħed mill-Viċi…

Aktar