Infrastruttura
‘Ix-xogħol tal-Gvern għadu u jibqa’ għaddej’ – il-Ministru Ian Borg

“Ix-xogħol tal-Gvern għadu u jibqa’ għaddej.”

Din kienet l-ewwel sentenza li tenna l-Ministru għall-Infrastruttura, Transport u Proġetti Kapitali Ian Borg hekk kif it-Tlieta filgħodu ta aġġornament dwar il-proġett tal-Marsa-Ħamrun bypass li issa dieħel fit-tieni fażi tiegħu.

Dr Borg qal li l-investiment fl-infrastruttura huwa wieħed bla preċedent u kif matul is-Sajf li għadda l-Gvern wettaq mal 14-il proġett differenti. Qal ukoll li kull proġett differenti tal-Gvern f’dan ir-rigward għandu fiċ-ċentru tiegħu l-prinċipji ta’  konnetivita, effiċjenza u sigurtà fit-toroq.

Il-Ministru Borg qal li dan il-proġett mistenni jintemm is-sena d-dieħla.

Minn naħa tiegħu l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Edward Zammit Lewis saħaq fuq l-importanza li Malta tibqa’ tassorbi l-fondi Ewropej li stqarr kienu fundamentali f’dawn il-proġetti varji.

Qal ukoll li wieħed mill-għan ta’ dawn il-proġetti varji fosthom f’toroq arterjali u residenzjali huma imperattivi għas-sostenn tat-tkabbir ekonomiku bla preċedent li rreġistra dan il-Gvern fl-aħħar snin.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Daħlu Malta grupp ta’ madwar 97 immigrant, li ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta. L-immigranti ddaħħlu f’Xatt it-Tiben f’dawn il-ħinijiet. Bħalissa qed jgħabbuhom fuq ix-xarabanks tal-pulizija. Aktar dettalji fil-ħin li…

Lokali

Ilbieraħ, il-President George Vella ħalla Malta għall-Polonja biex ikun jista’ jattendi għall-kommemorazzjoni ta’ meta l-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz-Birkenau nħeles minn taħt in-Nażisti. Dan hekk kif illum jaħbat il-75 sena mindu seħħ…

Kronaka

Raġel jinsab bi ġrieħi gravi wara argument fiż-Żebbuġ, Għawdex. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta’ 23:50hrs fi Triq il-Port, fiż-Żebbuġ. L-argument seħħ bejn żewġ persuni; raġel barrani ta’ 39 sena residenti Ħaż…

Immigrazzjoni

Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 47 immigrant li sabu ruħhom f’diffikultà. Fi stqarrija ntqal li l-operazzjoni ta’ salvtaġġ seħħet ilbieraħ filgħodu bl-immigranti ddaħħlu Malta abbord lanċa tal-Forzi Armati, f’Xatt it-Tiben…

Aktar