COVID-19
Ix-xufier tal-linja bil-Covid-19 – ir-riskju għall-passiġġiera huwa baxx

Is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, wieġbet mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar ix-xufier tat-trasport pubbliku li jiem ilu nstab pożittiv għall-Covid-19.

Waqt il-konferenza stampa tal-lum, Prof Gauci qalet li b’rabta ma’ dan ix-xufier saret evalwazzjoni tar-riskju, u fir-rigward tal-passiġġiera li setgħu ġew f’kuntatt miegħu, ir-riskju huwa baxx ħafna, għaliex il-kuntatt kien minimu.

Żiedet li l-awtoritajiet tas-saħħa ħadmu ma’ Transport Malta, fejn mill-ewwel ittieħdet id-deċiżjoni biex il-karozzi tal-linja jibdew bdew jgħabbu inqas nies mis-soltu bil-għan li jitnaqqas ir-riskju.

Illum kienu kkonfermati 19 każijiet ġodda, bit-total ta’ persuni infettati f’Malta tela’ għal 129.

Prof Gauci qalet li r-rata tal-imxija tal-Covid-19 tiddependi minn kemm il-persuni jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa u ma joħorġux minn darhom, ħlief għall-bżonn.

Gepostet von Television Malta am Mittwoch, 25. März 2020

Ara wkoll:

19-il persuna oħra bil-Covid-19 f’Malta

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Persuna li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa, waqgħet’ f’sit ta’ kostruzzjoni fl-Imtarfa. tvm.com.mt huwa nfurmat li l-inċident seħħ ftit wara s-7 a.m. Fuq il-post marru s-servizzi tal-emerġenza. Għadha mhix magħrufa…

Immigrazzjoni

It-68 immigrant salvati lbieraħ mill-vapur tal-għaqda Sea-Eye f’żona ta’ tfittix u salvataġġ Libjana mhux se jitħallew jiżbarkaw Malta. Kelliem għall-Gvern qal lil TVM r-responsabbiltà għal dawn l-immigranti għandha tinġarr mill-pajjiż…

COVID-19

F’dan iż-żmien fejn kulħadd jinsab fl-istess sitwazzjoni riżultat tal-pandemija Covid-19, il-Maltin mhux biss qed juru solidarjetà ma’ xulxin iżda saħansitra ma’ persuni li ma jafux li jinsabu mal-ħamest elef kilometru…

Aktar