Festi
Ixandru programm virtwali biex ikunu qrib il-poplu Marsi u jżommu l-festa ħajja

Minn sena għall-oħra d-dilettanti tal-festi jkollhom seba’ mitt sena sakemm joqorbu x-xhur tas-sajf hekk kif b’mod ġenerali malli s-sħana tibda tagħmel tagħha għadd ta’ rħula madwar Malta u Għawdex jiċċelebraw il-festi rispettivi tagħhom.

Din is-sena, iżda, ir-realtà hija xort’oħra. Għalkemm il-knejjes mhux se jibqgħu baħħ ġaldarba se jkunu qed jiftħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku mill-ġdid minn nhar is-Sibt 13 ta’ Ġunju, is-sajf li ġej se jkun imneżża’ minn kull xorta ta’ briju li jġibu magħhom il-festi.

F’dan l-isfond, l-Għaqda Festi Esterni Santissima Trinità Marsa mil-lejla se xxandar programm virtwali ppakjat fuq medda ta’ ħamest ijiem bil-għan li tkun qrib il-poplu Marsi xorta waħda.

Fost l-oħrajn, il-programm jinkludi xows tan-nar tal-art tal-aħħar snin li se jkunu qed jixxandru llejla u nhar il-Ġimgħa. Jixxandru mill-passat ukoll, il-marċ tradizzjonali tat-tieni Jum ta’ Tridu għada u l-marċ il-kbir ta’ lejliet il-festa nhar is-Sibt.

Is-Sibt ukoll, jinħarqu xi murtali tal-bomba u beraq biex titfakkar it-transulazzjoni li din is-sena ma tistax issir.

Il-Ħadd, imbagħad, l-Għaqda xxandar il-quddiesa bil-prietka tal-festa, l-adorazzjoni sagramentali u filgħaxija l-programm jagħlaq bil-ħruq ta’ logħob tan-nar li jinkludi lampjuni, murtaletti, murtali tal-kulur u blalen.

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Marinella u Francesco, is-sidien ta’ ‘La Fattorietta’, agrituriżmu fi Frigintini fi Sqallija, laqgħu lill-preżentatur ta’ ‘TVAM’ Quinton Scerri u lit-tim tiegħu b’dirgħajhom miftuħa bil-għan li jsajru xi ħaġa bnina flimkien….

Internet

Matul l-aħħar xhur straordinarji, ħobbha jew ogħbodha, it-teknoloġija lkoll ġejna bżonnha. Kienet kruċjali, fost l-oħrajn, biex bosta anzjani ma jinqatgħux għalkollox minn mal-għeżież tagħhom fil-qilla tal-pandemija. Minkejja l-għadd ta’ benefiċċji…

Barranin

Sitt persuni fir-reġjun tal-Lombardija, fl-Italja, weħlu multa ta’ €3,300 kull wieħed wara li nqabdu mill-Pulizija jiksru iktar minn liġi waħda. Il-persuni, li kienu kollha rġiel ta’ bejn 43 u 68…

Aktar