Politika
Ixejnu l-allegazzjonijiet u jgħidu li r-relazzjonijiet bejniethom qed jissaħħu

Il-Gvernijiet ta’ Malta u tal-Istati Uniti fi stqarrija flimkien ċaħdu allegazzjonijiet fost dawk li jimplikaw li hemm nuqqas ta’ fiduċja mill-awtoritajiet Amerikani għal persuni ewlenin fil-Gvern Malti. Żiedu jgħidu li dawn l-allegazzjoni huma foloz u m’għandhom ebda impatt fuq il-ħbiberija u l-koperazzjoni bejn Malta u l-Istati Uniti.

Iż-żewġ pajjiżi ddikjaraw li r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi kienu kontinwament tajbin u komplew jissaħħu. Żiedu jgħidu li jaħdmu flimkien bl-aktar mod onest u trasparenti fuq l-oqsma li jvarjaw mill-koperazzjoni ekonomika u finanzjarja, fl-oqsma edukattivi u kulturali, fil-konsultazzjoni politika u jikkoperaw ukoll fil-qasam tas-sigurtà.

Fl-istqarrija konġunta, il-gvernijiet ta’ Malta u l-Istati Uniti stqarrew li fl-aħħar tliet snin kien hemm tisħiħ sinifikanti bis-sħubija dwar l-oqsma tas-sigurtà u fil-koperazzjoni kontra sfidi komuni għalihom. Qalu li huma jaħdmu flimkien fit-tfittxija ta’ soluzzjonijiet fuq temi ta’ importanza għar-reġjun tal-Mediterran Ċentrali fosthom kontra traffikar tal-armi, tad-drogi u tal-immigranti u l-ħarsien tal-fruntieri.

Fl-istqarrija ma ġiex speċifikat għal liema allegazzjonijiet kienu qed jirreferu iżda fl-aħħar jiem kien hemm xhieda fil-qorti fil-każ ta’ Darren u Gordon Debono li setgħet tat din l-impressjoni b’konnessjoni mal-kutrabandu taż-żejt mil-Libja meta ġie allegat li uffiċjali Amerikani riedu jitkixfu fuq uffiċjali tal-Gvern Malti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli tistqarr li jkun żball jekk il-kannabis tiġi ppreżentata bħala sustanza li tista’ tintuża għal skop rikreattiv. Waqt il-programm Ras imb ras hija spjegat x’se jagħmel…

Lokali

Il-quddiesa tal-lejla fil-Knisja ta’ Santu Wistin il-Belt, li fiha Patri Deo Debono, kien wieħed mill-konċelebranti kienet l-aħħar waħda tiegħu fil-pubbliku, almenu għalissa. Dan wara li l-Arċisqof Charles J. Scicluna ddeċieda…

Parlament

Il-binja tal-Parlament baqgħet tagħmel l-ilma u dan minkejja skont l-Ispeaker Anglu Farrugia saru xogħlijiet ta’ manuntenzjoni biex tiġi indirizzata l-problema li kienet mill-bidu nett u li kkawżat problemi kemm għall-impjegati…

Aktar