Politika
Iż-żarmar tal-monti f’moħħ ix-Xlukkajri – is-Sibt msejħa għal vot konsultattiv

L-assoċazzjoni tal-bejjiegħa tal-monti qalet li s-sindku ta’ Marsaxlokk ta interpretazzjoni żbaljata meta qal li l-maġġoranza tal-bejjiegħa tal-monti jaqblu li l-monti tal-Ħadd f’Marsaxlokk jibda jżarma fit-tlieta ta’ waranofsinhar.

Il-President tal-Assoċjazzjoni Raymond Tabone qal li l-maġġoranza tal-bejjiegħa qablu li jżarmaw fit-tlieta jekk il-vann ikun mat-tellar tagħhom li bħalissa mhuwiex. Il-kwistjoni tal-monti bħalissa hija f’moħħ ix-Xlukkajri li nhar is-Sibt huma mħeġġa jesprimu l-opinjoni tagħhom f’vot konsultattiv imsejjaħ mill-Kunsill dwar il-proposti biex il-monti jżarma fit-tlieta.

Il-bejjiegħa tal-Monti f’Marsaxlokk li kull nhar ta’ Ħadd ikun miżgħud bin-nies ma jaqblux mal-kunsill ta’ Marsaxlokk li jridhom iżarmaw fit-tlieta flok fis-sitta. Il-Kumsill li anke sejjaħ vot dwar dan isostni li wara t-tlieta, ix-xatt għandu jkun ħieles biex jitgawda mill-pubbliku.

Il-President tal-assoċazzjoni tal-bejjiegħa tal-Monti, Raymond Tabone qal li l-istħarriġ li qed jissemma mis-Sindku Horace Gauci sar fl-2015 u m’għadux relevanti għaliex inbidlu ċ-ċirkustanzi minħabba li dakinhar, il-kwistjoni tal-ħinijiet tal-monti kienet marbuta ma jekk il-bejjiegħa jkollhomx il-vannijiet magħhom jew le fuq ix-xatt.

Il-President tal-Assoċazzjoni tal-Bejjiegħa tal-Monti, Raymond Tabone qal ”il-Gvern iddeċieda li Marsaxlokk il-Ħadd inkunu bla vannijiet. Mela awtomatikament dak is-survey jaqa’. Għax ma kienx ġust u kien hemm dik l-għażla imma kien hemm li tneħħi l-vann bilfors u allura kienet mis-sitta sas-sitta.”

Il-membri tal-assoċazzjoni spjegaw li biex il-monti jżarma fit-tlieta jridu jibdew jiżbarrazzaw it-tillieri tagħhom xi tliet sigħat qabel anke minħabba li l-vannijiet huma pparkjati banda oħra. Sostnew li bi tnaqqis ta’ tliet sigħat jitilfu ħafna bejgħ.

Il-monti ta’ Marsaxlokk ta’ nhar ta’ Ħadd, jarmaw mal-170 bejjiegħ u huwa l-unika wieħed fl-irħula li jżarma fis-sitta. Il-kwistjoni dwar dal-monti qamet fl-istess waqt li bħalissa hemm konsultazzjoni pubblika fuq il-white paper dwar ir-riforma tas-swieq fil-beraħ. Id-direttur ġenerali tad-dipartiment tal-kummerċ Godwin Warr qal għaddejjin diversi laqgħat ma’ dawk involuti bħala parti mill-konsultazzjoni li ġiet estiża sal-aħħar tax-xahar.

Aħbarijiet Oħra
Toroq

Triq l-Għarnuq fil-Fgura hija l-ewwel triq minn 120, li se jsiru xi xogħlijiet fiha din is-sena, bħala parti mill-proġett tas-seba’ mitt triq residenzjali li se jsir xogħol fihom b’investiment ta’…

Statistika

Riċerka li saret fost persuni b’diżabilità inkluż tfal bl-awtiżmu u persuni bi sfidi mentali, ħareġ li dawn iħossu li m’għandhomx biżżejjed aċċess għal ċertu servizzi. Ir-riċerka li saret mill-Fondazzjoni Inspire…

Kronaka

Tfajla ta’ 19-il sena mid-Danimarka spiċċat misruqa lbieraħ fil-23:30, fil-Gżira. Is-serqa seħħet fi Triq ir-Rebħa, fil-Gżira meta raġel allegatament heddidha b’oġġett jaqta u bil-ponta waqt li kienet qed tpejjep barra…

Aktar