Barranin
Iż-żebgħa sewda tkompli taqla’ l-inkwiet għal Justin Trudeau

Il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau qal li ma jistax jiftakar kemm-il darba żebagħ wiċċu iswed meta kien żagħżugħ, hekk kif ir-ritratti tiegħu bl-irtokk iswed f’wiċċu komplew jiddominaw il-kampanja għall-elezzjoni tal-21 t’Ottubru li ġej.

Justin Trudeau tkellem wara li nħarġu aktar ritratti tiegħu fiż-żgħożija b’wiċċu miżbugħ iswed. Huwa mill-ewwel talab apoloġija, u minkejja li r-ritratti ttieħdu f’żogħżitu, qal li ma jistax jiġġustifika ruħu u li messu kien jaf li qed jiżbalja.

Qed ikun rappurtat li r-ritratti qed jagħmlulu ħsara kbira hekk kif riesqa l-elezzjoni, speċjalment minħabba li fl-aħħar snin kien stabilixxa lilu nnifsu bħala attivist ewlieni għall-ġustizzja soċjali, l-inklussività u d-diversità.

Musulmani Kanadiżi qalu li jinsabu mnikkta ħafna b’dawn ir-ritratti u filmati li fi kliemhom huma forma ta’ karikatura razzista.

Ara wkoll:

Il-Prim Ministru Kanadiż żebagħ wiċċu iswed u spiċċa f’baħar inkwiet

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Costa Rica saret l-ewwel pajjiż fl-Amerka Ċentrali li fih huwa permess żwieġ bejn persuni tal-istess sess. L-ewwel żwieġ ta’ din ix-xorta xxandar fuq l-istazzjon nazzjonali, ftit minuti biss wara li…

Barranin

L-FBI se tinvestiga l-qtil ta’ raġel iswed fl-istat Amerikan ta’ Minnesota wara li ħareġ filmat juri pulizija għarkubtejh fuq għonq ir-raġel. Fil-filmat ta’ 10 minuti, ir-raġel li x’aktarx għandu fuq…

Ambjent

Filmat miġbud minn għaqda ambjentali fi Franza juri qiegħ il-baħar mimli maskri u ngwanti tal-plastik. Dan it-tagħmir protettiv marbut mal-Covid-19 kien fost għadd sostanzjali ta’ plastik u skart ieħor li…

Barranin

Fuq l-għatba tal-istaġun tas-sajf, diversi pajjiżi taż-żona Schengen qed jikkunsidraw bis-serjetà li jiftħu mill-ġdid il-fruntieri għat-turisti. Spanja ħabbret li mill-1 ta’ Lulju se tneħħi l-kwarantina ta’ ġimagħtejn għall-persuni li jżuru…

Aktar