Kurżitajiet
Iż-żejt tal-ħut jista’ jgħin matul it-tqala

Dawk in-nisa li jieħdu kapsula ta’ żejt tal-ħut kuljum waqt it-tqala jew fl-ewwel ftit xhur ta’ treddiegħ jistgħu jnaqqsu r-riskju ta’ allerġija mill-ikel fost it-tifel jew tifla.

Minn analiżi ta’ diversi studji mill-Imperial College London ħareġ li permezz ta’ din il-kapsula li tittieħed fl-ewwel sena tat-tarbija jonqos ir-riskju bi 30% ta’ allerġija mill-bajd.

Iż-żejt tal-ħuta għandu l-omega 3 li jilqa’ kontra l-effetti inflammatorji.

Min-naħa tagħhom ir-riċerkaturi qalu li jonqos aktar riċerki dwar tfal akbar minn sena.

Fir-Renju Unit, 1 minn 20 tifel u tifla jbatu minn xi allerġija għall-ikel bħal ġewż, bajd, ħalib jew qamħ. Dawn l-allerġiji huma kkawżati minn nuqqas ta’ tħaddim tas-sistema immunitarja.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali qed jiġbed l-attenzjoni ta’ bosta għall-mod inġenjuż kif raġel irnexxielu jgħabbi karozza fuq vann. Fil-filmat, li nġibed f’Ħal Qormi, raġel jidher qed jimbotta…

Kurżitajiet

Moda ġdida fuq il-midja soċjali ġabet lil koppja Daniża fl-inkwiet hekk kif neżgħu l-ħwejjeġ malli telgħu sal-quċċata tal-piramida Khufu f’Giza. Andreas Hvid, fotografu Daniż li jiddelitta fl-arti tal-fotografija tal-ispazji urbani…

Lokali

Wara li ħadet sehem fil-kunċert ta’ Betlehem, La Barokka żaret il-belt antika ta’ Ġerusalemm, fejn iltaqgħet b’kumbinazzjoni ma’ dak li jissejjaħ ‘Jesus Guy’. Dan ir-raġel ilu disa’ snin jgħix fil-belt…

Aktar