Iż-Żejtun fost żoni oħra fi tliet pajjiżi li qed jippromwovu ż-żebbuġ

Iż-Żebbuġ ser jgħaqqad erba’ pajjiżi fosthom Malta biex jippromovu l-produzzjoni u l-industrija taż-żebbuġ fost it-turisti. Dan permess ta’ programm iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun laqgħa b’idu miftuħa l-istedina biex ażjendi fiż-Żejtun ikunu parti minn dan il-proġett.

Il-kelma Żejtun tfisser ħafna żebbuġ filwaqt li żebbuġa kienet tissejjaħ żejtuna. Ir-rabta bejn iż-Żejtun u ż-Żebbuġ tmur lura s-sekli. Permezz ta’ finanzjament Ewropew ta’ madwar €240,000 fil-programm HOST iż-żona taż-Żejtun ingħaqdet ma’ żoni oħra fl-Italja, is-Slovenja u l-Greċja li qed jippromovu turiżmu relatat mal-produzzjoni taż-żebbuġ.

“Ir- rappreżentanti tas-sitt organizzazzjonijiet li qed jieħdu sehem fil-proġett HOST ittieħdu jaraw diversi postijiet fiż-Żejtun fejn jitkabbru siġar taż-żebbuġ u anke pjanti tal-ħwawar fosthom dawk li huma ta’ oriġini Maltija,” qalet Dr Nadia Theuma.

Intqal li l-proġett ser ikun ibbażat fuq tliet elementi. L-ewwel wieħed ser ikun il-prodott turistiku b’tagħrif dwar it-tkabbir taż-żebbuġ, l-użu tiegħu u anki l-prodotti li jsiru minnu.

It-tieni huwa li l-Proġett HOST ser joħloq rotot partikolari għat-turisti biex jittieħdu f’lokalitajiet differenti fejn ser isiru wkoll attivitajiet sportivi filwaqt lit-tielet raġuni hi li ser jinħoloq programm ta’ taħriġ għall-intrapriżi li jipproduċu prodotti magħmula miż-żebbuġ. Il-proġett sab l-appoġġ sħiħ tal-Kusill Lokali taż-Żejtun.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Saħħa

Waqt attività tal-għoti tad-demm organizzata mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, 30 ħaddiem tal-awtorità nkiteb biex l-organi tiegħu jingħataw b’donazzjoni wara mewtu. Waqt l-istess attivtà, 19-il persuna oħra taw id-demm. L-ERA stiednet…

Aktar