Qorti
Iż-żewġ ġuvintur fil-qtil ta’ Gaffarena mistennija jgħaddu ġuri

Iż-żewġ żgħażagħ ta’ 18-il sena mixlija bil-qtil ta’ Saviour Gaffarena, u bl-attentat ta’ qtil ta’ kuġinuh Vincent Gaffarena fi tmiem ix-xahar li għadda se jgħaddu ġuri.

Id-deċiżjoni ttieħdet mill-Maġistrat Nadine Lia f’digriet li fih qalet li hemm biżżejjed provi biex iż-żgħażagħ jitqiegħdu taħt att ta’ akkuża.

Il-ġimgħa li għaddiet id-difiża talbet lill-Qorti biex iż-żewġ akkużati jiġu lliberati mill-akkużi għax allegat li l-provi mressqa mill-prosekuzzjoni m’humiex skont il-liġi. L-argumenti tad-difiża ma ntlaqgħux mill-Qorti.

Wara dan id-digriet, il-Qorti ntalbet tiddeċiedi wkoll fuq it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Leon Debono u Owen Schembri u biex ma jibqgħux jinżammu arrestati fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin iżda fil-faċilita’ fl-Imtaħleb.

Il-każ mistenni jkompli x-xahar id-dieħel.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Saviour Gaffarena jinqatel b’tiri t’arma tan-nar, kuġinuh ferut – 4 persuni arrestati

AĠĠORNAT: Is-suspettati fil-qtil taż-Żurrieq jinżammu arrestati