Politika
“Iż-żgħażagħ huma wieħed mill-aktar elementi importanti fis-soċjetà tagħna” – PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li ż-żgħażagħ huma elementi importanti fis-soċjetà u jinsab determinat li jagħtihom spazju ewlieni biex ikunu kontributuri ewlenin fit-tfassil tal-futur tal-pajjiż.

Waqt li ressaq il-proposti għall-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar qal li ż-żgħażagħ huma pilastru ewlieni fil-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista u ma jikkunsidrahomx biss il-futur iżda l-preżent.

Il-kelliem għaż-żgħażagħ qal li l-Oppożizzjoni impenjata li bil-fatti, tkompli ttella’ l-qasam taż-żgħażagħ fuq quddiemnett tal-aġenda nazzjonali u wiegħed li se televa dan is-settur għal-livell ta’ Ministeru.

Spjega li d-dokument bil-proposti tfassal wara li saru laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ għaqdiet li jirrappreżentaw liż-żgħażagħ. Wara l-konferenza tal-aħbarijiet, id-dokument bil-proposti tal-Partit Nazzjonalista għaż-żgħażagħ ġie ppreżentat lill-Aġenzija Żgħażagħ

Id-dokument bil-proposti tal-Partit Nazzjonalista għaż-Żgħażagħ jista’ jitniżżel minn din il-link: https://bit.ly/2IIlVMG