Parlament
Iż-żgħażagħ isemmgħu leħinhom f’żewġ seduti parlamentari

Temi fuq l-aġenda politika nazzjonali ġew diskussi miż-żgħażagħ f’żewġ seduti parlamentari li saru apposta għalihom. Iż-żgħażagħ ta’ bejn it-tmintax u l-ħamsa u tletin sena mlew is-siġġijiet parlamentari u qajmu kwistjonijiet li jvarjaw mill-edukazzjoni ċivika, għall-ugwaljanza, l-użu tal-plastik, l-iżvilupp sostennibbli u oħrajn.

Waqt li l-Parlament jinsab wieqaf għall-btajjel tas-sajf, saru żewġ seduti tal-Parlament taż-Żgħażagħ, li fihom iż-żgħażagħ ta’ bejn it-tlettax u l-35 sena trattaw temi li jmisshom mill-qrib. Fost it-temi li spikkaw kien hemm il-femminiżmu u l-ugwaljanza bejn is-sessi.

“Irridu niġbdu ħabel wieħed flimkien irrilevanti jekk intix raġel, mara jew tikkunsidra lilek innifsek bħala gender X. Ejja jkollna femministi u nibdew inkunu aħna billi ngħidu jiena Martina Grech u jiena femminista. Jiena Rolan Camilleri u jien femminist. Jiena femminista.”

Id-dibattitu fost iż-żgħażagħ bejn it-13 u 18-il sena ffoka fuq tliet temi: l-edukazzjoni ċivika, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-użu tal-plastik ta’ darba.

Huma tkellmu dwar it-taxxa r-roża – jiġifieri li n-nisa jħallsu taxxa fuq prodotti li jużaw huma biss. Iż-żgħażagħ inuttaw ukoll li l-morning after pill f’Malta tiswa’ kważi d-doppju ta’ kemm tiswa’ f’pajjiżi oħrajn. Qalu li jekk barra tiswa’ mal-ħmistax-il ewro, Malta tiswa’ mal-35 ewro.

Issuġġerew li għandhom jiħraxu l-pieni għal min jagħmel akkużi foloz ta’ stupru. Talbu biex l-istudenti kollha jkollhom l-possibilità li jitkellmu ma’ psikologu, sabiex meta meħtieġ it-terapija tibda minn meta jkunu żgħar.

Fid-dawl li 88% tas-suwiċidji jsiru mill-irġiel, iż-żgħażagħ ipproponew li jinfetħu ċentri għall-irġiel bi problemi diversi. Talbu wkoll biex iċ-childcare centres jinfetħu matul il-lejl għall-ommijiet li jaħdmu bil-lejl.

Huma qajmu wkoll il-kwistjoni tal-kustodja tat-tfal meta l-ġenituri jisseparaw.

“L-omm u l-missier jiġu kunsidrati li jkollhom l-istess opportunità biex irabbu lil uliedhom jekk iż-żewġ ġenituri huma kapaċi jagħmlu dan f’każijiet ta’ separazzjoni u divorzju. Din ir-riżoluzzjoni ġiet miktuba għax fil-maġġoranza ta’ każijiet tal-kustodja tat-tfal tingħata preċedenza lill-omm.”

Iż-żgħażagħ talbu għall-edukazzjoni ċivika. Qalu mhux biżżejjed li ngħataw il-vot sittax mingħajr l-għodda meħtieġa kif ikunu ċittadini attivi.

Bil-għan li jonqos l-użu tal-plastik, iż-żgħażagħ qed jissuġerixxu li jitpoġġew funtani tal-ilma f’partijiet differenti ta’ Malta u li jitqassmu fliexken, li jintużaw aktar minn darba, lill-istudenti u lit-turisti.

Żgħażagħ akbar ta’ bejn id-19 u l-35 sena ddiskutew temi oħrajn: is-sistema edukattiva f’Malta, l-użu tat-teknoloġija, l-iżvilupp sostenibbli u l-Intelliġenza Artifiċjali. Iż-żgħażagħ talbu lill-Parlament biex iħabbar Stat Nazzjonali għall-Emerġenza fil-Klima.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żewġ xufiera ta’ coach inżammu arrestati fuq akkużi li kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ tifla ta’ 15-il sena li kienu jwassluha l-iskola. Il-Qorti semgħet kif Nidhin Eldhose ta’ 32 sena u…

Kostruzzjoni

Il-Gvern qed jikkunsidra diversi alternattivi għall-isfida tal-iskart tal-kostruzzjoni. Il-Prim Ministru Joseph Muscat insista li fl-immedjat, l-industrija tal-kostruzzjoni trid terfa’ r-responsabbiltà tagħha. Żied jgħid li jridu jinstabu soluzzjonijiet aktar fit-tul fost…

Qorti

Il-mara mis-Serbja li iktar kmieni din is-sena nstabet ħatja li ħaqret żewġ anzjani sakemm mietu, kellha l-piena ta’ ħabs imnaqqsa mill-Qorti tal-Appell. F’April li għadda Dragana Mijalkovic kienet ikkundannata ħames…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, appella lill-Gvern biex jgħin bi kwalunkwe mod possibbli biex itaffi xi ftit mill-piżijiet finanzjarji meħtieġa biex jitmexxa s-santwarju tal-Arka ta’ Noe fil-Mellieħa fejn…

Aktar