Xogħol
Iż-żgħażagħ Maltin ma jridux jaħdmu fit-turiżmu?

L-operaturi fl-industrija tat-turiżmu qed ikollhom jikkompetu ma’ industriji oħrajn biex isibu l-ħaddiema. L-MHRA qed twissi li l-industrija turistika Maltija tista’ titlef il-karattru tagħha jekk inqas Maltin jidħlu f’dan is-settur. Għat-tielet sena, l-ITS laqqgħet l-industrija mal-akkademja biex l-istudenti jkollhom esperjenza mill-qrib tal-opportunitajiet ta’ xogħol.

Fl-ewwel disa’ xhur tas-sena t-turisti li żaru Malta żdiedu bi 15% fuq is-sena l-oħra u ż-żieda fin-numri tfisser żieda fis-servizzi li jinħtieġu kif spjegalna Noel Azzopardi, chef f’lukanda ewlenija għal dawn l-aħħar 15-il sena.

Noel Azzopardi qal li “l-industrija iktar ma tgħaddi iktar qed tiġi demanding dejjem titqal. U nies? Dejjem iktar problema biex issib”.

Madwar 25 operatur mill-industrija turistika marru fil-campus tal-ITS f’Ħal Luqa biex iħajru l-istudenti jissieħbu magħhom f’karrieri differenti.

Pierre Fenech qal li “l-industrija tagħna toffri karrieri tajbin ħafna u importanti li nibdew nispjegaw lill-istudenti minn età iżgħar li għada pitgħada jkunu studenti tagħna”.

Nicholas Saliba, Manager tar-Riżorsi Umani qal li “l-industrija tat-turiżmu ttik dik il-possibiltà li jekk inti tagħmel moħħok hemm b’attitudni tajba li hi importanti, tista’ tipprogressa u tipprogressa sew.

Minkejja l-opportunitajiet li s-settur turistiku joffri għall-ħaddiema prospettivi – bħal f’oqsma oħrajn – il-lukandi u r-ristoranti qed isibuha diffiċli biex isibu l-ħaddiema.

Philip Zammit, Manager tar-Riżorsi Umani qal li “sfortunatament mhux dejjem ikun possibli li ssib kandidati jew ħaddiema li jkollhom il-karatteristiċi li jkollok bżonn inti”.

Victor Brincat, Manager tat-taħriġ qal “tt’s getting a challenge I think if you don’t have events like these today we will have a problem in a few years”

Paulina Stachewicz, Manager tar-Riżorsi Umani qal “even we noticed that it’s not that easy that are really eager to work not only in the hospitality industry but I think they’re looking for some paths what works for them and interests them”.

Ftit tax-xhur ilu, il-President tal-MHRA, Tony Zahra qal li t-tkabbir fit-turiżmu jeħtieġ ikun sostnut billi fost l-oħrajn ikun hemm iktar Maltin li jilqgħu u jiltaqgħu mat-turisti li jżuru Malta.

Madankollu, uħud mill-istudenti tal-ITS qalulna li l-isfida ewlenija hi relatata mal-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Darren Abela, student l-ITS qal “il-ħin li nispiċċaw eżempju jien naħdem fil-ħelu u l-ħin hu twil u naħseb il-passjoni ma tantx hawn ħafna nies ikomplu għaliha”.

Lara Caruana Gatt,studenta l-ITS qalet “probabbli s-sigħat iddejjaqhom liż-żagħżagħ għax għandek il-weekends ukoll imma tkun determinata lanqas iddejqek il-ħaġa”

Kayleigh Portelli, studenta l-ITS qalet “is-sigħat huma daqsxejn antipatiċi ħa ngħiduha kif inhi imma jekk tkun interessata għandek tirnexxi”.

Bħalissa l-Istitut tal-Istudji Turistiċi għandu mal-elf student li kwart minnhom huma barranin.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

L-ex direttur sportiv tal-klabb tal-futbol Taljan ta’ Juventus Luciano Moggi huwa eleġibbli li jivvota fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li se ssir Malta. Moggi li għal dawn l-aħħar snin kien qed iżur…

Ambjent

Kruċjali għall-ħajja ta’ kulħadd…u għal Malta hu riżorsa prezzjuż daqs id-deheb! Hawnhekk qed nirreferu għall-ilma. Hu stmat li kull persuna f’Malta tuża mal-110 litri ta’ ilma kuljum. Il-pubbliku jista’ jitgħallem…

Pulizija

Sal-aħħar tas-sena d-dieħla, il-Korp tal-Pulizija għandu jkollu strateġija ta’ trasformazzjoni. F’intervista estensiva mal-Kap Eżekuttiv tal-Pulizija li tixxandar fil-programm DISSETT wara dan il-bulettin, is-Sur Gafa’ qal li d-direzzjoni tat-tiġdid ser isir…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, akkuża lill-Partit Nazzjonalista li ma ppreżentax biżżejjed kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fi 23 lokalità f’Malta u f’Għawdex bl-għan li jiskoraġixxxi lin-nies milli…

Aktar