Partit Laburista
Iż-żgħażagħ m’għandhomx jiddejqu jagħmlu l-bidla – PM

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, illejla ħa sehem f’konversazzjoni organiżżata mill-Forum Żgħażagħ Laburisti bit-tema ‘Start The Conversation’. Għal din id-diskussjoni, taw is-sehem tagħhom il-kandidati żgħażagħ tal-Partit Laburista, li wħud minnhom qed jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali għall-ewwel darba.

Fl-introduzzjoni tiegħu, il-Prim Ministru qal lil dawk preżenti, li llum il-ġurnata għandna bosta kandidati żgħażagħ li daħlu fil-politika billi bdew jaħdmu f’livell lokali fil-Kunsill. Qal li wħud minnhom saru sindki, membri parlamentari u anke hemm min huwa ministru. Dr Muscat qal li din hija tarġa importanti, iżda sostna li min jixtieq jidħol fil-politika biex ikollu karriera qed jagħżel it-triq l-ħażina għax il-politika hija vokazzjoni. Dr Muscat qal li ż-żgħażagħ jistgħu jagħmlu ħafna ġid fil-lokalitajiet tagħhom billi jimbuttaw għall-bidla u qal li m’għandhomx jiddejqu jagħmlu l-bidla.

Huwa qal li din hija t-tieni elezzjoni lokali li fiha se jivvutaw żgħażagħ ta’ 16-il sena u 17-il sena, imma hija l-ewwel darba li se jikkontestaw żgħażagħ ta’ 17-il sena. Il-Prim Ministru qal li l-Partit Laburista għamel mira li 25% tal-kandidati tal-Partit Laburista jkunu żgħażagħ u din il-mira ntlaħqet. Qal li jittama li f’elezzjonijiet oħra dan in-numru jikber.

Meta kien qed iwieġeb għal domandi ta’ kandidati ġodda żgħażagħ, dwar is-saħħa mentali l-Prim Ministru qal li llum il-ġurnata qed ngħixu f’dinja fejn il-faċilità teknoloġika qed twassal biex ħafna nies iħossuhom waħedhom, billi jsibu refuġju fil-komunikazzjoni diġitali. Semma’ li jekk tmur f’kamra jew anke fuq tal-linja, iktar tara nies jiċċettjaw fuq il-mowbajl, milli jitkellmu bejniethom. Qal li t-teknoloġija fiha t-tajjeb u l-ħazin u għalhekk l-issue kbira dwar is-saħħa mentali u bullying hija fid-dinja virtwali.

Żagħżugħ ta’ 17-il sena qal li din se tkun l-ewwwel darba li se jivvota. Qal li dan ifisser ħafna għax iż-żgħażagħ iġibu l-bidla u l-mentalità hija differenti għall-oħrajn u qal li x-xewqa tiegħu hija li jikkontesta wkoll għall-kunsill u li seta’ jagħmel dan kieku twieled sitt xhur qabel.

Fl-għeluq tal-attività, il-Prim Ministru qal li għalih huwa tal-mistħija meta tul is-snin, mijiet ta rġiel ġew eletti fl-elezzjonijiet, iżda kienu biss 27 mara li ġew eletti. Qal li tajna l-opportunità li ssir il-bidla, imma jekk ma jkunx hemm xokk fis-sistema ma tkunx tista’ sseħħ il-bidla. Dr Muscat qal li fil-ġimgħat li ġejjin, il-Gvern mhux se jipproponi kwoti, imma se jipproponi li jkun hemm saff aktar ta’ rappreżentazzjoni fil-Parlament Malti, li jkun riservat sabiex 40% min kull sess ikun rappreżentat. Qal li dan ikun mekkaniżmu temporanju, eżempju għal 20 jew 30 sena biex min jiġi wara jagħżel jekk il-mekkaniżmu jkomplix jew le.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Għar Ħanex kien għar naturali mal-kosta tal-Qrendi bejn Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi. Din il-formazzjoni ġeoloġika rat l-elementi tan-natura jwasslu biex jumejn ilu l-għar iġġarraf. Minfloku ffurmat tieqa, li iżda…

Lokali

Ir-riħ qawwi mix-xlokk il-lvant, forza 7, tella’ kwantità kbira ta’ ramel fit-triq mill-bajja tal-Għadira. Il-preżenza ta’ daqstant ramel fit-triq ħolqot diffikultajiet għas-sewqan tal-vetturi, b’xi karozzi dehru jinstaqu b’diffikultà. Is-sitwazzjoni kienet…

Lokali

Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan, permezz tal-kelliema tiegħu, Morgan Ortagus faħħar il-pożizzjoni tal-Gvern Malta wara li rrifjuta li żewġ ajruplani militari Russi jgħaddu mill-ispazju tal-ajru Malti. L-ajruplani kellhom itiru mis-Sirja għall-Venezwela. Il-Gvern…

Kronaka

Raġel ta’ 29 sena mill-Imsida ttieħed l-isptar wara li baqa’ dieħel f’arblu. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4pm fi Triq il-Kosta. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni…

Aktar