Iż-żona Ewro: It-tielet laqgħa kruċjali mal-Greċja

Il-Ministri tal-Finanzi taż-żona ewro qed iħejju għal-laqgħa dwar il-proposta tal-Greċja li testendi l-programm ta’ self Ewropew.

Il-laqgħa tal-lum fi Brussell hi t-tielet tentattiv biex jintlaħaq ftehim bejn il-Ministri taz-zona ewro dwar id-dejn tal-Greċja.

Il-Ġermanja ilbieraħ irrifjutat it-talba tal-Greċja li biex tingħata sitt xhur oħra biex tħallas id-dejn li għandha mal-Unjoni Ewropea u l-Fond Monitarju Internazzonali.

Filwaqt li l-President tal-Kummissjoni Ewropea qal li din il-proposta tibgħat sinjal pożittiv, il-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż qal li l-proposta tal-Greċja hija biss pjan ieħor ta’ finanzjament mingħajr ma jittieħdu l-miżuri li hemm bżonn biex il-Greċja tqum fuq saqajha.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Mill-inqas 10 kumpaniji Maltin intużaw minn Isabel dos Santos, l-iktar mara sinjura fl-Afrika, biex serqet mijiet ta’ miljuni ta’ dollari minn fondi pubbliċi. Minn investigazzjoni li saret mill-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti…

Barranin

Jidher li bosta mhux jirnexxielhom jużaw jew jaċċessaw WhatsApp hekk kif l-App qed tesprejenza xi problemi tekniċi. Il-ħsara ġiet irrapportata fost dawk li jgħixu fl-Ingilterra, l-Ewropa u l-Asja hekk kif…

Barranin

Mijiet ta’ persuni fiċ-Ċina jinsabu ma jifilħux wara li ħakimhom mikrobu ġdid li qed jissejjaħ coronavirus. L-esperti qalu li mal-1,700 persuna ġew infettati bil-mikrobu u tnejn minnhom tilfu ħajjithom kawża…

Aktar