Lokali
Iż-Żrieraq ifakkru ż-żjara tal-Gran Mastru Hompesch

Il-maltemp ta’ dalgħodu ħarbat xi ftit il-festi fiż-Żurrieq iżda ma waqqafx l-entużjażmu taż-Żrieraq li jfakkru ż-żjara li l-Gran Mastru Hompesh kien għamel fosthom fl-1798.

Ir-ragħad ikarwat u x-xita, li xi drabi kienet qlil, ma żammewx liż-Żrieraq milli jfakkru l-miġja tal-Gran Mastru Ferdinand Von Hompesch fosthom 220 sena ilu.

Il-Gran Mastru Hompesh daħal fil-Pjazza taż-Żurrieq akkumpanjat bid-daqq tat-tnabar u l-entużjażmu tal-Maltin, li mxew warajh. Hemmhekk huwa ntlaqa’ mill-Kapillan ta’ dak iż-żmien, li urieh il-Knisja.

Iż-Żrieraq fakkru dan l-avveniment storiku permezz ta’ rappreżentazzjoni mill-grupp In Guardia, b’kostumi tal-epoka.

Kevin Schembri, is-Segretarju tas-Soċjetà Mużikali ta’ Santa Katarina Verġni u Martri qal li “illum qed infakkru l-1798 meta l-Gran Mastru Hompesch ġie fiż-Żurrieq. Għal dik l-okkażjoni wkoll kien intama l-ark li għandna wkol wara l-Gran Mastru bħalissa u wkoll kien mogħti merħba mill-Kappillan Dun Orazio Gafa’ li kien għamel l-sitedina lill-Gran Mastru biex jiġi iż-Żurrieq.”

Kevin qal li “hu unur personali tiegħu u tal-kleru u xejn anqas tal-poplu taż-Żurrieq, afdat pastoralment f’idejna li nagħtuk mhux biss merħba imma wjkoll nagħtuk l-awguri ġenwin tagħna għall-ħatra l-ġdida tiegħek riċenti ta’ Gran Mastru tal-gżejjer Maltin.”

L-attività ġiet organizzata mis-Soċjetà Mużikali Santra Katarina Verġni u Martri, li qed tfakkar tliet anniversrji importanti fosthom il-mitejn sena mill-wasla tal-istatwa titulari ta’ Santa Katarina fil-Parroċċa taż-Żurrieq.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Budget għas-sena d-dieħla huwa mibni fuq tliet pilastri: il-ħolqien tal-ġid, inċentivi għal min jeħtieġ l-għajnuna biex jimxi ‘l quddiem u…

Qorti

Eġizzjan ta’ 51 sena ġie akkużat li stupra lill-eks sieħba tiegħu u li hedded lil bintu ta’ 11-il sena billi għamel mossa li se jħanxrilha għonqha. L-Eġizzjan, li ismu ma…

Brexit

Il-Gvern Malti qed jikkunsidra li jiftaħ ambaxxata fil-Ġappun, f’pajjiżi oħra Ażjatiċi kif ukoll fl-Amerika Ċentrali. Dan tħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat meta wieġeb mistoqsijiet li sarulu wara li għamel stqarrija…

Storja

Bieb is-Sultan bi dħul maestuż għall-Kottonera, inbena fis-seklu 17 u jifred Ħaż-Żabbar mit-Tlett Ibliet u l-Kalkara. Jinkludi wkoll il-Cottonera Lines, li skont iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Wirt Artna, Mario Farrugia huwa l-aktar…

Aktar