Barranin, Kurżitajiet
Iż-żrinġ li ilu 9 snin ifittex mara

Żrinġ fil-Bolivja, imlaqqam Romeo, għadu qed ifittex lil Ġuljetta; missjoni li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar disa’ snin.

Konservazzjonisti jixtiequ jgħammru lil Romeo qabel ma jmut, peress li dan iż-żrinġ jappartjeni għall-ispeċi rari Sehuencas, u hemm suspett li jista’ jkun l-aħħar wieħed tat-tip tiegħu.

It-tiftix għal Ġuljetta qed isir dejjem iktar urġenti hekk kif Romeo diġà għandu 10 snin, u dawn iż-żrinġijiet normalment ma jgħixux iktar minn 15-il sena. Għal din il-kawża kkontribwixxa sit elettroniku tad-‘dating’, li fetaħ profil għaż-żrinġ bil-għan li tinstab mara għalih.

Sadanittant, ix-xjentisti qed ifittxu fin-nixxiegħat u x-xmajjar bil-għan li tinstab mara tal-istess speċi li tgħix fis-selvaġġ.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żeffiena tal-Olimpjadi tax-xitwa Gabriella Papadakis ħadet waħda mill-akbar qtajja’ ta’ ħajjitha. Dan hekk kif waqt li kienet qed tiżfen il-libsa nfetħet u nkixfilha parti minn sidirha. Minkejja dan l-intopp l-atleta…

Barranin

L-organizzazzjoni Oxfam żvelat li tlieta mill-irġiel li qed ikunu akkużati li ħalsu għal servizzi ta’ prostituti waqt li kien fuq xogħol f’isem Oxfam, heddew lil xi xhieda b’mod fiżiku waqt…

Barranin

Il-qraba ta’ 66 persuna li kienu abbord ajruplan li ġġarraf fl-Iran għadhom jistennew informazzjoni aktar preċiża dwar x’ġara minn qrabathom, hekk kif mistennija tkompli t-tfittxija għalihom fil-muntanji Zagros. L-iskwadri ta’…

Barranin

66 passiġġier huma maħsuba mejta wara li l-ajruplan li kienu abbord fuqu tilef il-kontroll fl-Iran, fiż-żona tal-muntanji Zagros. L-inċident seħħ meta l-ajruplan kien qed itir bejn Tehran u Yasuj. Il-kundizzjoni…

Aktar