Infrastruttura
Iz-zuntier li jagħmel parti mill-kumpless Pawlin fir-Rabat se jiġi rranġat b’investiment ta’ €100,000

Iz-zuntier li jagħmel parti mill-kumpless Pawlin fir-Rabat u possibilment għandu moħbija taħtu fdalijiet taż-żmien ir-Rumani ser jiġi rranġat b’investiment ta’ €100,000.

Dan tħabbar mill-Ministru Ian Borg flimkien mat-tmexxija tal-Kunsill Lokali, ta’ Infrastructure Malta u l-Arċipriet Dun Louis Suban.

Il-proġett jinkludi tisħiħ tal-art b’sodda tal-konkos, titjib tal-kanali tal-ilma tax-xita u kisi ta’ din iż-żona pedonali b’pavimentar ġdid magħmul minn ċangaturi tal-ġebel tal-qawwi li huwa simili ta’ dak li hemm f’żoni oħra taz-zuntier. Ix-xogħol se isir minn Infrastructure Malta u mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin.

Il-Ministru Borg qal li f’dan il-proġett, Infrastructure Malta qed tagħti każ ukoll li ttejjeb l-infrastruttura għan-nies li jużaw dan iz-zuntier bħala passaġġ pedonali mil-Pjazza ta’ San Pawl għat-Triq il-Kbira. Zied jgħid li x-xogħlijiet ser jirrispettaw l-ambjent storiku tal-inħawi. Huwa qal li proġetti bħal dawn itejjbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti kif ukoll il-prodott turisitku Malti anke din il-parti tar-Rabat hija popolari ferm mat-turisti.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Malta Police Association qalet li l-amnestija għall-multi li weħlu ċertu individwi, minħabba l-miżuri li daħlu fis-seħħ minħabba Covid 19 meta nġemgħu fi gruppi kontra l-avviżi legali, hija insult kbir għall-ħidma…

COVID-19

Il-Pulizija se takkuża żewġ persuni – wieħed b’theddid fuq uffiċjal pubbliku u li ma obdiex l-ordnijiet tal-pulizija u ieħor li ostakola t-triq b’vettura waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-partitarji meta nhar it-Tnejn filgħaxija…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li hemm ħafna nies li qed ibatu u negozji li jeħtieġu l-għajnuna. Qal li l-Partit Nazzjonalista ser jibqa’ jaħdem biex il-pajjiż ikollu…

Aktar