Lokali
Iż-Żurrieq itella’ oratorju biex ifakkar tliet anniversarji

Iż-Żurrieq se jiftaħ iċ-ċelebrazzjonijiet li bihom is-sena d-dieħla se jfakkar tliet anniversarji b’oratorju li jirrakonta l-ħajja tal-patruna. Wieħed mill-anniversarji ċċelebrati se jkun it-tieni ċentinarju mill-wasla tal-istatwa titulari ta’ Santa Katarina, xogħol l-istatwarju Marjanu Gerada.

“Santa Katarina ta’ Lixandra” huwa oratorju maqsum fi preludju u 14-il silta mużikali li jirrakonta l-ħajja tal-patruna taż-Żurrieq u r-rabta li għandha din il-lokalità mal-qaddisa.

Is-Surmast tal-Banda Santa Katerina taż-Żurrieq Josef Grech qal li “dan l-oratorju hu xogħol l-eks surmast tal-banda Santa Katarina, Francis Falzon, u l-lirika hija tar-Rev. Fr John Curmi – saċerdot Żurrieqi. Nistgħu ngħidu li dan l-oratorju hu maqsum f’14-il silta fejn jispjega diversi ġrajjiet mill-ħajja ta’ Santa Katarina Veġni u Martri u anke fih lirika interessanti ħafna”.

Is-surmast direttur tal-Banda ta’ Santa Katarina taż-Żurrieq, Josef Grech, qal li fl-oratorju se jieħu sehem ukoll il-kor Cappella Caeciliana mmexxi mis-surmast Abraham D’Amato u vuċijiet oħra.

Is-Segretarju tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina, Kevin Schembri qal li l-oratorju se jagħti bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ tliet anniversarji sinifikanti fl-istorja taż-Żurrieq.

Kevin Schembri qal li “l-400 sena minn meta l-Knisja ta’ Santa Katarina ġiet bħala matriċi meta minnha ħarġet il-parroċċa tal-Qrendi; il-125 sena minn meta l-Knisja ta’ Santa Katarina ġiet mgħollija d-dinjità ta’ Arċipritali u wkoll il-200 sena mill-miġja tal-istatwa titulari”.

L-oratorju ta’ Santa Katarina ta’ Lixandra se jsir nhar il-Ġimgħa fil-Knisja Arċipritali taż-Żurrieq.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żewġ persuni se jitressqu l-Qorti ikar tard illum b’rabta ma’ attentat ta’ serqa li seħħet fil-ħanut Crystal Palace f’Ħaż-Żabbar ix-xahar li għadda. Skont il-Pulizija, wara investigazzjoni li ilha sejra għal…

Storja

Heritage Malta għaddejja bi studji biex villa Rumana li tinsab fl-inħawi ta’ Għar Dalam terġa’ tiġi skavata mill-ġdid wara 100 sena, bit-tama li jintefa’ dawl ġdid fuq l-istorja ta’ Malta….

Kronaka

Mara dalgħodu sofriet xi ġrieħi wara li sfat imtajra f’Birkirkara. L-inċident seħħ fil-bypass għall-ħabta tad-9.05am. Mill-ewwel informazzjoni jidher li l-mara ntlaqtet minn vettura li kienet ħierġa minn triq sekondarja għal…

Aktar