Sport
Iżanżnu 2 muturi ġodda tar-rhibs għat-taħriġ tat-tfal u żgħażagħ

Il-klabb tal-ibburdjar ta’ Birżebbuġa żanżan żewġ muturi ġodda għad-dinghies li juża waqt it-taħriġ li jagħti lit-tfal u ż-żgħażagħ. Il-muturi, b’valur ta’ €10,000 ingħataw b’donazzjoni minn Transport Malta u mill-fornitur ta’ dawn l-inġenji.

Aktar minn 50 tifel u tifla qattgħu dan is-sajf jitgħallmu jibburdjaw mal-klabb ta’ Birżebbuġa li hu wieħed mill-eqdem klabbs tal-ibburdjar fil-gżejjer Maltin.

Twaqqaf fl-1972 f’Kalafrana qabel inbena l-Port Ħieles, imbagħad mar fejn hu llum f’Birżebbuġa.

Minbarra t-tfal, jattendu wkoll numru ta’ adulti li jikkompetu f’kompetizzjonijiet tal-ibburdjar kemm lokali kif ukoll barra. Fis-sajf il-klabb jorganizza korsijiet għal dawk li għadhom ġodda għall-isport tal-ibburdjar.

Il-klabb laqa’ d-donazzjoni ta’ żewġ muturi għad-dinghies, li jiswew madwar €5,000-il wieħed minn Transport Malta u l-fornitur ta’ dawn il-muturi. Il-commodore tal-klabb Joseph Briffa qal li b’dawn il-muturi, il-klabb qed isaħħaħ is-sigurtà fit-taħriġ għaliex il-coaches jistgħu joħorġu bid-dinghies f’baħar li qabel ma kinux jieħdu riskju li jbaħħru fih.

“Dawn jintużaw biex il-coaches joħorġu magħhom u jassistuhom waqt it-training tagħhom u jagħtuhom l-istruzzjonijiet neċessarji. Ovvjament inti ma tistax toħroġ b’rhib, għax aħna hekk ngħidulu, li taf li jista’ jieqaflek f’nofs it-training session. Jista’ jkun maltemp, jista’ jkun li le. Allura dak hu serħan il-moħħ għalina, il-mutur.”

Is-Sur Briffa kompla jgħid li bħal ħafna sport ieħor, anki fl-ibburdjar, is-sigurtà hija prijorità assoluta.

“Ma tistax tinżel fuq il-baħar u jkollok per eżempju ħabel li taf li minn hawn u minn hemm dan se jinqata’ u xorta toħroġ. Dik mhix aċċettabli. Safety number 1 number 2 u number 3.”

Iċ-Chairman ta’ Transport Malta Joseph Bugeja qal, Transport Malta temmen bis-sħiħ f’dawn it-tip ta’ inizjattivi għaliex ipoġġu fuq quddiem ir-responsabilità soċjali li għandu jkun hemm lejn l-entitajiet li jaħdmu fil-komunitajiet.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li s-settur marittimu huwa pilastru ewlieni tal-ekonomija u faħħar il-ħidma ta’ dan il-klabb li irawwem lit-tfal u ż-żgħażagħ biex ikunu l-baħħara tal-ġejjieni filwaqt li tenna l-impenn tal-Gvern sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet fl-industrija marittima.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Żona li fiha daqs seba’ grawnds tal-futbol, li minn wied naturali nbidlet f’miżbla, qed tingħata wiċċ ġdid biex minflok tibqa’ ġerħa fin-naħa t’isfel ta’ Malta, issir attrazzjoni. Sa wieħed u…

Kultura

Infrastructure Malta appik li tibda operazzjoni delikata, biex taqla’ sħiħ mill-blat qabar tal-perjodu Puniku-Ruman, u tpoġġih fil-ġenb ta’ triq ġdida li qed tibni f’Ħ’Attard. B’hekk din is-sejba ta’ valur arkeoloġiku,…

Immigrazzjoni

TVM jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, grupp ta’ madwar 90 immigrant li ġew salvati fil-Mediterran fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta ttieħdu fuq vapur tal-Captain Morgan li…

COVID-19

Il-pandemija u r-reħi tar-restrizzjonijiet ġabu magħhom l-użu tal-maskra. Filwaqt li ħafna qed jużawha kif obbligati jagħmlu f’ħafna postijiet pubbliċi, osservajna li bosta qed jilbsu biex taparsi libsuha. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni…

Aktar