Barranin
Iżeffnu lil Mona Lisa f’nofs id-diżgwid tagħhom
Id-diżgwid u t-tensjonijiet politiċi bejn l-Italja u Franza jidher li se jinfirex ukoll fid-dinja tal-arti hekk kif l-Italja qed tgħid li l-Mona Lisa bi dritt tappartjeni lill-Italja.
Il-legat artistiku li ħalla warajh l-artist u l-inġinier Taljan, Leonardo Da Vinci, minn dejjem ħoloq xi ftit jew wisq dibattitu bejn l-Italja u Franza hekk kif il-biċċa l-kbira tax-xogħlijiet tiegħu jinsabu f’mużewijiet Franċiżi.
Issa, aktar minn qatt qabel, qalb it-tensjoni politika, l-Italja tħoss li l-opri tal-arti tal-pittur Tajlan posthom huwa fl-Italja u mhux Franza.
Fil-500 anniversarju mill-mewt ta’ Leonardo Da Vinci, il-Louvre mistenni jtella’ eżebizzjoni fejn kien intlaħaq ftehim mal-Italja sentejn ilu biex jiġu mislufa xi xogħlijiet oħrajn minn tiegħu li jinsabu fl-Italja. Iżda qalb it-tensjonijiet bejn il-pajjiżi, il-ministru tal-kultura, Lucia Borgonzoni, qed thedded li mhux se tippermetti dan is-self filwaqt li qalet li x-xogħlijiet tal-artist fi Franza għandhom jiġu rritornati lill-Italja.
Leonard Da Vinci għex fl-Italja iżda fl-aħħar snin ta’ ħajtu kien emigra lejn Franza, fej sab ir-rifuġju.
Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’Kalifornja, David u Louise Turpin weħlu għomorhom il-ħabs wara li nstabu ħatja li rabtu, ittorturaw u qaflu lit-13-il wild tagħhom. Il-każ imur lura għas-sena l-oħra meta tifla tal-koppja Turpin, li…

Barranin

Il-Pulizija Irlandiża ppubblikat filmati minn kameras tas-sigurtà li juru l-mumenti qabel inqatlet il-ġurnalista Lyra McKee ta’ 29 sena nhar il-Ħamis li għadda. Mc Kee, li kienet qed tirrapporta minn Derry,…

Kurżitajiet

Fl-Indja, Pawan Kumar mar fl-estremità li qata’ subgħajh barra wara li ntebaħ li ħa żball meta daħal jivvota. F’filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali, Kumar jispjega għaliex għandu idu nfaxxata…

Aktar