Lokali
Iżewqu l-poeżija ta’ Dun Karm b’mużika moderna għall-Għanafest

Iċ-ċelebrazzjoni tal-folklor Malti kienet fl-aqwa tagħha f’edizzjoni oħra ta’ Għanafest, li bdiet fil-ġonna tal-Argotti fil-Floriana. L-għana Maltija hija meqjusa bħala l-eku tal-passat storiku ta’ Malta b’influwenza Għarbija u Ewropea.

Iltqajna mal-membri tal-quintett Skald, li ilhom ħbieb mindu kienu żgħar iżda ngħaqdu flimkien f’Awwissu li għadda biex jaħdmu fuq proġett mużikali li jfakkar il-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila.

Bertu Aquilina, wieħed mill-membri ta’ Skald, jgħid li Festivals Malta reġgħu avviċinawhom biex jieħdu sehem f’Għanafest, fejn qed jittrasformaw f’mużika kontemporanja Maltija l-kitba tal-poeta nazzjonali.

“Oqsma differenti ta’ mużika, anke dik Maltija. L-istili mużikali u l-għana tradizzjonali tidħol tajjeb anke fil-lingwa Maltija – tista’ tħallatha u żżewwaq din il-mużika li tolqot lin-nies li l-għana mhijiex il-mużika favorita tagħhom imma xorta jieħdu gost jisimgħuha,” qal Bertu Aquilina.

Minbarra l-quintett Skald, fl-Għanafest ħadet sehem il-band Kelly’s Heroes ibbażata f’Nottingham, b’repertorju li jvarja minn melodiji u kanzunetti Keltiċi bi ħsejjes tradizzjonali Irlandiżi. Iżda anke l-edizzjoni ta’ din is-sena laqqgħet bosta għannejja li se jgħannu diversi stili ta’ għana, fosthom dak bid-daqq tal-Prejjem, għana tal-botta u risposta, u għannej tal-fatt u tal-ispirtu pront.

L-Għanafest din is-sena wara s-serati fl-Argotti se jissokta bi programm fl-irħula matul din il-ġimgħa, bi tliet iljieli fil-Qrendi, fil-Buskett, u f’Birżebbuġa.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Teknika partikolari u pjuttost unika waslet biex l-artist Corrado Iozia joħloq diversi kwadri li mhux biss ipaxxu l-għajn iżda anke li jibagħtu messaġġ soċjali. Il-wirja tinsab fir-Razzett tal-Markiż fil-Mosta. Corrado…

Kronaka

Raġel ta’ 58 sena sofra ġrieħi gravi wara li tard ilbieraħ kien involut f’argument fix-Xagħra, Għawdex. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq it-28 t’April 1688 għall-ħabta tal-10.50pm. Il-Pulizija qalet li…

Immigrazzjoni

Il-bastiment Aquarius, li kien qed jopera fl-ibħra ċentrali tal-Mediterran biex jittrasporta u jeħles immmigranti li kienu qed jippruvaw jaqsmu illegalemnt mil-Libja lejn l-Italja, kellu r-reġistrazzjoni tiegħu revokata. Il-vapur, li huwa…

Ġurnali

Nagħtu ħarsa lejn il-faċċati tal-ġurnali llum it-Tnejn 24 ta’ Settembru 2018: L-Orizzont Aktar kumpaniji barranin lesti li jinvestu f’Malta: Hekk jisħaq il-prim ministru meta kien qed jitkellem dwar Brexit. Storja…

Aktar