Kurżitajiet
Iżomm lil ommu mejta fil-gwardarobba biex jibqa’ jieħu €1,700 pensjoni fix-xahar

Il-Pulizija Taljana qed tinvestiga raġel ta’ 50 sena li ħeba lil ommu mejta fil-gwardarobba biex jibqa’ jieħu l-€1,700 pensjoni fix-xahar li kienet tirċievi.

Kienet is-sieħba tar-raġel li għamlet din is-sejba makabra fid-dar li tinsab f’Buccinasco, Milan.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li l-anzjana ta’ 80 sena mietet f’Novembru 2019 u binha geżwirha fil-plastik u tefaha fil-gwardarobba.

Il-Pulizija Taljana mistennija tressqu fil-Qorti u takkużah kemm li ħeba katavru kif ukoll li ried jiffroda lill-Istat.