Barranin
Iżrael inaqqas ir-restrizzjonijiet hekk kif nofs il-poplu beda jitlaqqam

Iżrael naqqas ir-restrizzjonijiet imposti hekk kif ħareġ li t-tilqima ta’ Pfizer qed tkun 95.8% effettiva biex tipprevjeni li nies jiġu rikoverati fl-isptar jew imutu.

Dan il-pajjiż jinsab fit-tielet lockdown minn meta faqqgħet il-pandemija, bl-aħħar wieħed beda jumejn wara l-Milied. Iżda mil-lum, ħwienet, libreriji, mużewijiet u zoos jistgħu jerġgħu jiftħu l-bibien, anki jekk id-distanza u l-ilbies tal-maskri għadhom obbligatorji.

Il-Ministeru tas-Saħħa Iżraeljan qal li dan huwa l-ewwel pass biex il-pajjiż jirritorna għan-normalità.

Iżrael għandu l-ogħla rata ta’ tilqim fid-dinja, hekk kif iktar minn 49% tal-popolazzjoni diġà ħadu minn tal-anqas l-ewwel doża.