Barranin
Iżrael se jerġa’ jimponi r-restrizzjonijiet jekk il-każijiet ġodda ta’ Covid-19 jibqgħu jiżdiedu

Ir-rata ta’ infezzjonijiet ġodda tal-coronavirus fl-Iżrael qed terġa’ tiżdied partikolarment fl-iskejjel minn meta l-Gvern beda jillaxka r-restrizzjonijiet.

Il-Ministeru għas-saħħa Iżraeljan qal li l-Gvern se jerġa’ jimponi r-restrizzjonijiet jekk il-każijiet jibqgħu jiżdiedu. L-ammont ta’ infezzjonijiet ġodda telgħu għal 101 ilbieraħ minn erbgħa s-Sibt li għadda.

Il-Ministeru qal li xi nies ma kinux viġilanti biżżejjed fejn jidħlu ż-żamma ta’ distanza soċjali, l-iġene u l-ilbies tal-maskri. L-ammont ta’ testijiet li jsiru kuljum ma nbidilx iżda r-rata ta’ riżultati pożittivi għoliet minn 0.5% għal 1.5%.

Iżrael beda jillaxka l-miżuri minn nofs April u mit-3 ta’ Mejju fetaħ parzjalment l-iskejjel.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Barranin

It-tielet lejl infila ta’ protesti fil-kapitali Lebaniża Bejrut. Ġimgħa eżatt wara l-isplużjoni katastrofika li ħalliet iktar minn mitejn mejta u sitt elef persuna midruba, u llivellat mingħajr ħniena l-infrastruttura ta’…

Barranin

Skont figuri miġbura mill-Università Johns Hopkins, l-għadd ta’ nies infettati bil-coronavirus madwar id-dinja qabeż l-għoxrin miljun f’188 pajjiż. Aktar minn seba’ mija u tletin elf ruħ mietu. Mill-każi rregistrati, ħames…

Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin qal li pajjiżu żviluppa tilqima ġdida kontra l-Coronavirus u li skont hu ngħatat l-approvazzjoni regolatorja f’inqas minn xahrejn li bdiet tiġi ttestjata fuq in-nies umani. Putin…

Aktar