Lokali
Iżur Malta l-Prim Ministru Finlandiż

It-temi marbuta mal-Unjoni Ewropea li fl-aħħar jumejn ġew diskussi fil-Kunsill Ewropew fi Brussell, qed ikomplui jiġu diskussi llejla f’Villa Francia f’Ħal-Lija, f’working lunch bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Prim Ministru tal-Finlandja Juha Sipila, ftit wara li ż-żewġ Prim Ministru waslu Malta minn Brussell. Il-Prim Ministru Finlandiż bħalissa qed iħejji biex fit-tieni nofs tas-sena d-dieħla, pajjiżu jkollu l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea u f’dan l-istadju jkun irid jifhem il-pożizzjonijiet tal-pajjiżi membri fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea.

Illejla wasal Malta għal żjara ta ftit sigħat il-Prim Ministru tal-Finlandja, Juha Sipila

Huwa kien milqugħ fi Villa Francia, f’Ħal Lija, ir-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru, mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Iż-żewġ Prim Ministri wara li ħadu r-ritratt uffiċjali u l-Prim Ministru Sipila ffirma l-ktieb tal-viżitaturi, iż-żewġ Prim Ministri bdew il-laqgħa tagħhom.

L-iskop ta din iż-żjara huwa biex iż-żewġ Prim Ministri jiddiskutu l-prijoritajiet tal-Presidenza Finlandiza tal-Kunsill Ewropew meta l-Finlandja tieħu t-tmun tal-Presidenza bejn Lulju u Diċembru tas-sena d-dieħla.

Iż-żewġ Prim Ministri qed jiltaqgħu f’pajjiżna sigħat biss wara li kienu flimkien waqt is-Summit tal-Kunsill Ewropew fi Brussell.

Juha Sipila huwa relattivament ġdid fil-politika. Huwa mexxa l-partit Ċentrali Finalndiż għar-rebħa elettorali fl-2015 u fforma gvern ta’ koalizzjoni. Huwa nħatar Prim Minisrtru tal-Finlandja f’Mejju tal-2015.

Il-Prim Ministru tal-Finlandiż Juha Sipila mistenni jħalli Malta llejla stess.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Malti ta’ 19-il sena li kien jinsab miżmum arrestat ġewwa l-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, ipprova jweġġa’ lilu nnifsu. Il-każ seħħ illum fis-7pm.  Intervent immedjat tal-Pulizija waqqaf din l-azzjoni u r-raġel…

Lokali

San Ġiljan sebaħ nadif pupilla wara lejl ta’ divertiment f’Jum San Patrizju. Il-ħaddiema tat-tindif xkupaw 15-il tunnellata ta’ skart f’ħames sigħat. Ma’ sbieħ it-Tnejn filgħodu, il-Pjazza ta’ Spinola u toroq tal-madwar…

Kronaka

Lejn is-snin sittin tas-seklu sbatax, il-Berġa tal-Italja kienet imżejna b’dak li jissejjaħ la scala grande, it-taraġ il-kbir. Bl-interventi strutturali li sar fil-berġa tul is-snin il-preġju tat-taraġ intilef meta fost oħrajn…

Aktar