Barranin
Iżżewġu u tilfu ħajjithom ftit minuti wara…

Koppja żagħżugħa minn Texas tilfu ħajjithom traġikament minuti biss wara li kienu kif għadhom kemm iżżewġu.

L-inċident seħħ malli telqu miċ-ċerimonja taż-żwieġ tagħhom meta l-karozza li kienu fiha ħabtet ma’ trakk tal-pickup.

Il-koppja mietet mad-daqqa.

Harley Morgan ta’ 19-il sena u Rhiannon Boudreaux, ta’ 20 sena mietu f’awtostrada b’omm u oħt l-għarus jaraw it-traġedja sseħħ quddiem għajnejhom hekk kif kienu qed isuqu warajhom.

L-omm qalet li ma tista’ tistabar b’xejn u qalet li x-xena ta’ demm binha fuq idha se tibqa’ mmarkata f’moħħha sakemm tibqa’ ħajja. Hi ppruvat taqla’ lil binha u martu mill-karozza li kienu maqbudin fiha.
Is-sewwieq tat-trakk, li kien qed jirmonka trailer bi tractor ġo fih ma ndarabx fl-inċident.
Harley u Rhiannon kienu ilhom jafu lil xulxin minn żmien l-iskola u kienu qed jippjanaw riċeviment kbir taż-żwieġ tagħhom f’Diċembru li ġej.
Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Din il-pupa transgender qajmet diskussjoni sħiħa f’Novosibirsk, fis-Siberja wara li ntlemħet għall-bejgħ f’ħanut tal-ġugarelli. Huwa maħsub li din il-pupa hija l-ewwel pupa transgender li qatt ħarġet għall-bejgħ fir-Russja. Fl-2018, fl-Arġentina kienet…

Barranin

It-tilqima inclisiran mistennija tidħol fis-suq Ingliż biex tgħin lil dawk il-pazjenti li jbatu mill-kolesterol. Din it-tilqima mistennija tissostitwixxi l-pinnoli tal-kolesterol u trid tittieħed darbtejn f’sena biex il-pazjent jara l-effetti tagħha….

Barranin

Il-mexxej Suprem Iranjan Aya-tollah Ali Khameni ser imexxi t-talb tal-Ġimgħa fil-kapitali Tehran għall-ewwel darba fi tmien snin. Dan qed isir fl-isfond ta’ protesti f’diversi bliet Iranjani wara li ajruplan Ukren…

Barranin

Il-vulkan Taal fil-Filippini żbroffa l-Ħadd li għadda, segwit minn terremoti. Dan wassal biex il-ġżira ta’ Luzon timtela kollha rmied. Mal-iżbroff, ħafna residenti ħallew l-annimali domestiċi tagħhom fil-ħarba biex jevakwaw. Issa…

Aktar