Barranin
Jaċċetta flus b’rigal u tispiċċa xxolji l-assoċjazzjoni nazzjonali tal-futbol

Il-Ghana xoljiet l-assoċjazzjoni nazzjonali tal-futbol wara li l-President tagħha nqabad fuq filmat jaċċetta flus b’rigal. Kwesi Nyantakyi deher jieħu €55,000 mingħand ġurnalist li ppoża ta’ negozjant li ried jinvesti fil-futbol tal-Ghana. Huwa ma kkummentax dwar l-allegazzjonijiet.

Il-Ministru tal-Isport tal-Ghana Isaac Asiama qal li l-Assoċjazzjoni ġiet xolta b’effett immedjat. L-investigazzjoni ġurnalistika saret minn Anas Aremayaw Anas u qajmet ħafna mistoqsijiet dwar in-natura tal-futbol fl-Afrika.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Zac Oliver, tifel Ingliż ta’ 4 snin minn Broseley, Shropshire, ibati minn kanċer rari li jista’ jiġi kkurat biss fl-Amerka. Il-familja ta’ Zac għamlu diversi kampanji għall-ġbir ta’ fondi biex…

Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qalet li hemm xogħol iebes biex jingħelbu d-differenzi kbar li hemm mal-Unjoni Ewropea dwar il-fruntiera tal-Irlanda bit-tama li jintlaħaq ftehim għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea….

Kurżitajiet

Tivjaġġa kemm tivjaġġa, ħafna drabi pajjiż jimpressjonak mhux bil-postijiet storiċi, it-tradizzjonijiet u l-kultura, iżda wkoll bl-ikel li tiekol fit-tali pajjiż. Imma liema huwa l-itjeb platt?  Fejn tista’ ssibu?  Skont is-CNN,…

Ċina

Ċiniż spiċċa arrestat wara li qarraq b’familtu li taparsi miet. Mal-aħbar martu qatlet lilha nnifisha u lill-uliedha. Ir-raġel ta’ 34 sena kien maħsub mejjet wara li l-karozza nstabet fi xmara…

Aktar