
Raġel u mara tilfu ħajjithom wara li qalgħu daqqiet ta’ sikkina f’attakk f’Londra jumejn ilu. L-attakk, li qed ikun meqjus bħala wieħed terroristiku, ħalla tliet persuni oħra feruti.
Jack Merritt ta’ 25 sena huwa wieħed mill-vittmi tal-attakk. Merritt kien gradwat fil-liġi u l-kriminoloġija, u kien imexxi programm fl-Università ta’ Cambridge li jeduka priġunieri fil-ħabs.
Merritt fil-fatt inqatel meta kien fl-Università ta’ Cambridge għal konferenza dwar ir-rijabilitazzjoni tal-priġunieri.
L-aggressur, Usman Khan ta’ 28 sena, kien mistieden fil-konferenza wara li ħareġ mill-ħabs f’Diċembru li għadda. Huwa kien instab ħati għal reati marbuta mat-terroriżmu.
Khan inqatel mill-Pulizija fuq il-London Bridge, fejn għadd ta’ persuni kienu daruh u żammewh mal-art biex ma jkomplix bl-attakk.
Ara wkoll:
Il-Konservattivi rebħu l-elezzjoni fir-Renju Unit b’maġġoranza komda. Il-kap Boris Johnson qal li sakemm ma jiġrix xi ħaġa stramba ħafna, ir-Renju Unit se joħroġ mill-Unjoni Ewropea x-xahar id-dieħel. Il-Konservattivi ħadu numru…
Għalqu il-postijiet tal-votazzjoni fir-Renju Unit hekk kif l-elettroat ivvota fit-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn ħames snin. L-elezzjoni li saret l-ewwel darba f’Diċembru fi kważi seklu issegwi l-elezzjonijiet preċedenti tal-2015 u…
Jaf tkun elezzjoni deċiżiva – għallinqas dwar Brexit – dik li qed issir illum fir-Renju Unit. Iżda jaf ukoll li r-riżultat ma jwassalx għal soluzzjoni konklussiva speċjalment jekk ħadd mill-partiti…
Iżrael se jmur għat-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn sena wara li skada ż-żmien biex tkun iffurmata koalizzjoni ta’ maġġoranza. L-elezzjoni li jmiss mistennija ssir fit-tieni jum ta’ Marzu li ġej….