Kisbiet
Jaf 7 lingwi u ġie t-tieni f’kompetizzjoni internazzjonali tal-lingwa Franċiża

Żgħażugħ Malti li għandu passjoni għat-tagħlim tal-lingwi ġie fit-tieni post f’kompetizzjoni internazzjonali tal-lingwa Franċiża. Reece Delia kkompeta ma’ mijiet ta’ studenti f’diversi stadji tal-kompetizzjoni.

Minkejja li għandu biss 25 sena, Reece Delia diġà jaf seba’ lingwi fosthom il-Ġermaniż, l-Ispanjol u l-Portugiż. Beda jistudja l-Franċiż ta’ 11-il sena u sar iħobb din il-lingwa mitkelma minn 275 miljun ruħ, fosthom fl-ex kolonji Franċiżi. Delia, li huwa accountant, kien mistieden mill-Alliance Française biex jipparteċipa f’kompetizzjoni Internazzjonali tal-lingwa ma’ mijiet ta’ studenti minn madwar id-dinja u ġie fit-tieni post.

“L-istudenti huma mistiedna jattendu din il-kompetizzjoni li ssir live fil-ġimgħa dedikata għal-lingwa Franċiża. L-ewwel parti tkun sensiela ta’ eżerċizzji grammatikali u kultura fejn minn eluf ta’ studenti jiġu narrowed down għall-mijiet u jintgħażlu tlieta minn kull ċentru . Imbagħad jintbagħtu l-essays li jkollhom tema partikolari kull sena u l-ġurija esperta tislet l-aħjar sittin u tikklassifikom.”

Il-Ministru Carmelo Abela qal li dan jagħmel unur kemm lil Reece Delia kif ukoll lil Malta. Il-Ministru Abela qal li l-Gvern ħadem biex isaħħaħ il-lingwi fil-pajjiż u bħala eżempju semma l-kollaborazzjoni bejn il-PBS u stazzjonijiet Franċiżi fosthom it- TV 5 Monde.

“Naturalment il-fatt li Malta hija membru osservatur fl-organizzazzjoni internazzjanoli tal-Francofonija qed ittina opportunitajiet anke biex nikkollaboraw mhux biss ma’ Franza izda anke ma’ pajjiżi oħrajn fl-aspett edukattiv u dak kulturali.”

Il-Ministru Abela qal li Reece Delia huwa eżempju biex jimmottiva lill-istudenti biex ma jkunux kuntenti li jitgħallmu l-Ingliż u l-Malti biss iżda jfittxu li jitgħallmu lingwi oħra wkoll.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Edukazzjoni

L-edukazzjoni ma tieqafx mal-età obbligatorja! Id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja beda jilqa’ applikazzjonijiet mingħand adulti li fis-sena skolastika li jmiss jistgħu jsegwu xi wieħed minn 450 kors, kemm f’oqsma akkademiċi kif…

Kronaka

Il-Pulizija jidher li tinsab viċin li ssolvi omiċidju li jmur lura ħdax-il sena. Il-każ jitratta tfajla li ilha rappurtata nieqsa mill-2008 u minn investigazzjonijiet li saru fl-aħħar jiem irriżulta li…

Aktar