Kurżitajiet
Jaf tidħol fis-suq maskra li tixgħel meta wieħed jispiċċa infettat bil-coronavirus

Tim ta’ xjentisti minn MIT u Harvard qed jaħdmu fuq maskra ġdida li tixgħel meta l-persuna jispiċċa infettat bil-coronavirus.

Il-maskra hija maħsuba biex tixgħel ladarba l-persuna infettata tieħu n-nifsijiet, tisgħol u tagħtas, bix-xjentisti jemmnu li din it-teknoloġija l-ġdida jaf tindirizza l-problema tal-ittestjar li mhux dejjem qed ikun effettiv.

Dawn il-maskri jaħdmu b’sistema ta’ sensors li jiġu attivati mill-partiċelli tal-ilma li jinsabu fin-nifsijiet, fis-sogħla jew fl-għatis kif ukoll is-sekwenza ġenetika tal-virus, jekk dan ikun preżenti. Bis-saħħa tas-sensors imbagħad, il-maskra tixgħel biex tagħti indikazzjoni ċara lill-esperti jekk il-pazjent hux infettat bil-virus jew le.

Rapporti tal-midja internazzjonali qalu li din il-maskra tixgħel biss meta l-esperti jużaw xi tagħmir marbut mal-UV.

Safrattant, it-tim ta’ xjentisti qed jaħdmu qatigħ biex jaslu għall-invenzjoni sas-sajf li ġej.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Artiġjanat

Xtut l-arċipelagu Malti mdawra bi ġmiel ta’ baħar. Baħar, li anki jekk tħares lejh jew kemm kemm tinżel tixxarrab, jiffriskak u jagħtik is-saħħa. Lil xi wħud, iżda, il-baħar tahom u…

Kurżitajiet

Mara tqila f’Iowa, fl-Istati Uniti, marret tagħmel ultrasound għall-ewwel darba. Żewġha u binhom ċkejken baqgħu jistennewha fil-karozza, għax ma setgħux jidħlu magħha minħabba r-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19. Meta l-mara ħarġet lura…

COVID-19

Il-gżejjer Maltin, tarahom fuq mappa tistħajjilhom blata minsija mid-dinja f’nofs il-Mediterran. Mur obsor li ġenna tal-art. Minkejja ċ-ċokon tagħhom, kif tirfes fuqhom tintebaħ li dawn il-gżejjer iħaddnu storja liema bħalha…

COVID-19

L-Amerka, dinj’oħra. It-toroq u l-bini ma jispiċċaw qatt. Il-post, fejn bosta jgħumu fil-ġid. Pajjiż, iżda, mifqugħ sa ruħ ommu bin-nies. Qajla jkunu jafu bik in-nies. Aktarx, li kulħadd ifendi għal…

Aktar