Qorti
Jaffaċċja akkuzi ta’ reati sesswali fosthom ma’ tfal taħt l-età

Raġel ta’ 52 sena mill-Belt baqa’ miżmum arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’attakk vjolenti u indiċenti fuq it-tifla ta’ kuġintu, li pparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ minuri, li kkorrompa tifla ta’ seba’ snin, li kellu fil-pussess tiegħu pornografija tat-tfal u li huwa riċediv.

L-akkużat jgħix fl-istess blokka ta’ appartamenti fejn tgħix l-allegata vittma li fetħet qalbha dwar l-abbuż mal-counsellor tal-iskola tagħha li rrapportat lill-Pulizija fl-istess żmien meta rrapportaw ukoll il-ġenituri tagħha.

L-Ispettur Joseph Busuttil qal li l-akkużat ammetta l-akkużi waqt li kien interrogat iżda fil-Qorti wieġeb li mhux ħati tal-akkużi kontrih.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello ordnat li l-ismijiet tal-akkuzat u tal-allegata vittma ma jixxandrux.