Politika
Jagħlqu n-nomini għall-elezzjoni każwali fuq it-3 Distrett

F’nofsinhar għalqu n-nomini għall-elezzjoni każwali fit-tielet distrett, għas-siġġu vakat minn Helena Dalli wara li inħatret Kummissarju Ewropew.

L-erba’ kandidati li tefgħu in-nomina tagħhom huma Jean Claude Micallef, Edric Micallef, Sebastian Muscat, u Mario Calleja.

Waqt l-elezzjoni każwali li se ssir nhar l-Erbgħa, il-kandidat Jean Claude Micallef mistenni jibda bħala l-favorit minħabba li jibda b’266 vot li Helena Dalli kienet wirtet mingħandu kif waqa’ mit-tellieqa fid-dsatax-il għadd, waqt li s-Sindku ta’ Marsaskala, Mario Calleja, jibda bi 97 vot.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Mark Anthony Sammut, li kien qed jissemma bħala kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, ħabbar li mhuwiex se jikkontesta għal din il-kariga. Fuq Facebook, Mark Anthony Sammut kiteb illi huwa…

Politika

Il-Membru Parlamentari Therese Comodini Cachia ħabbret li mhux se tikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. F’kitba fuq il-mezzi soċjali, Dr Comodini Cachia qalet li filwaqt li tinsab konvinta li l-PN għandu bżonn…

COVID-19

Is-Supretendent għas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tindirizza konferenza stampa dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta fis-13:00. Mil-lum, il-Professur Gauci se tibda mill-ġdid tagħti lill-pubbliku rendikont tal-imxija f’pajjiżna kull nhar ta’ Ġimgħa.

Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne mistennija jindirizzaw aġġornament tal-aħbarijiet dwar il-laqgħa u r-riżultati miksuba mal-MCESD. L-aġġornament se jixxandar fuq tvm, tvm.com.mt u l-paġna facebook ta’…

Aktar