Lokali
Jagħmluh car park għall-kumdità tagħhom

Jidher li għadd ta’ karozzi qed jieħduha drawwa u jipparkjaw illegalment ġol-grawnd tal-iskola tal-Gzira fejn jittrenjaw il-Gzira United F.C. u t-tfal tal-iskola.

Kienu bosta fuq il-midja soċjali li esprimew ir-rabja u d-diżgust tagħhom għal dawk li ma jibżawx għall-proġetti li swew l-eluf ta ewro u ma jirrispettawx lil min irid juża’ l-grawnd għal skopijiet rikreattivi.

Il-karozzi li qed jipparkjaw fuq it-turf qed jagħmlulu ħsara rreparabbli.

Fi stqarrija, il-Club tal-Gżira F.C. qal li qiegħed jikkomunika mal-awtoritajiet li huma responsabbli biex tiġi riżolta s-sitwazzjoni.

 

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar