Storja
Jagħti b’donazzjoni l-uniku ritratt oriġinali ta’ Manwel Dimech

Din il-ġimgħa l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta rċivew donazzjoni ta’ ritratt uniku oriġinali ta’ Manwel Dimech. Minkejja n-namra tiegħu mal-istorja, Clive Sammut stqarr ma’ Television Malta li pprefera li jgħaddi dan ir-ritratt imprezzabli lill-Arkivji sabiex jitgawda minn kulħadd.

“Meta toqgħod tqis li dan huwa għamel ħafna għall-Malti huwa ggant nahseb li l-uniku ritratt originali li nstab s’issa ta’ min ma nżommux għandi biss u jitgawda mill-fierxa wiesgħa.”

L-Arkivista Nazzjonali, Dr Charles Farrugia qal li aktar kemm jgħaddi ż-żmien il-pubbliku qiegħed jersaq ‘il quddiem b’donazzjonijiet simili. Huwa qal li b’hekk id-dokument jiġi kkurat b’mod permamenti filwaqt li jkun miftħu għall-firxa akbar ta’ nies inkluż riċerkaturi internazzjonali.

Illum Manwel Dimech jagħlaq 100 sena minn mewtu ‘l bogħod minn familtu u minn artu. Patri Mark Montebello jaqsam ħsibijietu dwar ir-relevanza ta’ Dimech illum-il ġurnata:

“Leħnu ma jixjieħ qatt” – Ċentinarju mill-mewt ta’ Manwel Dimech